Il-Prim Ministru, meta illum ltaqa’ mal-istampa, ikkummenta, bi tweġiba għal xi mistoqsijiet li sarulu, dwar l-istat tas-saħħa taċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri. Qal li fil-waqt li qed jieħu l-kura m’għandu xejn gravi.
L-istat ta’ saħħa ta’ persuni fil-ħajja pubblika hi ta’ interess pubbliku u ma kienx għaqli li l-Prim Ministru dam ma ta’ informazzjoni dwar dan. Kien ikun ħafna aħjar kieku flok kumment lill-ġurnalisti inħareġ bulletin mediku fil-mument li nqala’ l-kaz.
Din mhiex materja ta’ kurżitá, iżda neċessitá f’soċjetá demokratika, li l-opinjoni pubblika għadha dritt li tkun infurmata dwarha. Għax l-istat ta’ saħħa ta’ dawk li jeżerċitaw il-poter jiddetermina ukoll kif dan l-istess poter ikun eżerċitat. Hekk jiġri fid-dinja demokratika kollha u aħna m’għandniex inkunu eċċezzjoni.
Il-fatt li qatt ma ħareġ bulletin mediku serva biex min ried juża din l-informazzjoni biex iweġġa’ b’kitba barra minn lokha ingħata kull opportunitá biex jagħmel dan. Għax f’pajjiz żgħir bħala tagħna, inutli taħbi, għax dak li tipprova taħbi, f’qasir żmien, xorta jkun magħruf, anke jekk b’mod mgħawweġ!
Filwaqt li nawgura li Keith Schembri jimxi fit-triq tal-fejqan, malajr, nittama li l-Gvern jieħu t’tagħlima neċessarja u jekk sfortunatament jinqala’ kaz simili, jagħti l-informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.
If it indeed is not a serious condition, or the condition (and its consequences) is/are not yet established why does a Prime Minister have to make a statement, and moreover publish medical records of the individual – simply because a blogger has claimed that he will die in a year or so? (which may be an outright lie).
Marco: You are mistaken. Very recently Foreign Minister George Vella was subject to an operation to remove a cataract from his left eye. It was a very minor matter, but the public was duly informed. http://www.maltatoday.com.mt/news/national/72234/foreign_minister_george_vella_undergoes_eye_operation#.WFZ1XYWcHIU