Meta l-Parlament jistenbaħ

Noise Report 2015.draft

 

It-Times online irrappurtat dwar rapport li l-Ministru Manwel Mallia qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra wara talba li saret għal dan mill-Membru Parlamentari Anthony Agius Decelis. Rapport li ilna nafu bih xhur twal!

Huwa tajjeb, anzi tajjeb ħafna, li l-Parlament jistenbaħ għar-realtá ta madwarna. U din ir-realtá hi sempliċi ħafna. Mhux diffiċli biex tinftiehem.

Is-suċċess ekonomiku tal-Freeport, tgħid din ir-realtá, qed iħallsu għalih ir-residenti ta Birżebbuġa. Għal ħafna snin ħadd ma kienet qiegħed jagħti kaz. Huwa tajjeb li fl-aħħar hemm min qiegħed jistenbaħ.

Imma waqt li l-Onorevoli Agius Delicata (u oħrajn) kien rieqed, ħaddieħor kien qiegħed jaħdem biex iktar persuni jirrealizzaw xinhu jiġri. Għax ir-rapport dwar il-ħsejjes ma sarx waħdu. Sar għax il-Kunsill Lokali ta Birżebbuġa ħadem kemm felaħ ħalli l-Freeport jerfa r-responsabbiltajiet tiegħu.

L-isfida reali hi li l-Freeport iwettaq ir-rakkomandazzjonijiet li fih dak ir-rapport! Hi triq twila u anke hemm naslu!

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s