Is-siġġijiet tal-PN u l-proporzjonalitá

constitution-article-521

Il-Qorti Kostituzzjonali tat deċiżjoni dwar l-ilment kostituzzjonali tal-PN u iddeċidiet illi l-PN għandu jingħata żewġ siġġijiet addizzjonali fil-Parlament. Din hi d-deċiżjoni finali tal-Qrati Maltin dwar il-każ, u allura issa ser tkun implimentata.

Hi deċiżjoni li jixirqiha kull rispett, imma dan ir-rispett ma jfissirx li hi deċiżjoni tajba, għax fil-fatt hi deċiżjoni żbaljata. Għax ma kellhomx jiżdiedu s-siġġijiet, imma kellhom jitnaqqsu! Il-calculator tal-Prim Imħallef ħa żball. Kulħadd jista jiżbalja, mhux hekk?

Ovvjament il-Partit Nazzjonalista bħalissa qiegħed jippontifika dwar il-proporzjonalitá bejn voti miksuba u siġġijiet mirbuħa fil-Parlament. Peró l-proporzjonalitá li jemmen fiha l-PN hi dik bejn il-PN u l-Labour. Din wasslet biex għal żball ta’ ħamsin vot il-PN jippretendi żewġ siġġijiet Parlamentari, imma fl-istess ħin il-5506 vot fl-ewwel għadd ta’ Alternattiva Demokratika fl-aħħar elezzjoni ġenerali huma injorati.

Sewwa, 50 vot, skond il-PN, jixirqilhom rappresentanza imma 5506 vot għandhom ikunu injorati.

Ser ikun hemm min iwieġibni u jgħidli: jekk Alternattiva Demokratika jidhriha xi ħaġa messha tmur il-Qorti hi ukoll. It-tweġiba tiegħi hi waħda ċara: Alternattiva Demokratika diġá għandha parir legali li meta l-Kostituzzjoni ta’ Malta tipprovdi għal proporzjonalitá unikament għal żewġ partiti u tinjora lil bqija din qegħda tiddiskrimina.

Nafu li għandna raġun.

Il-problema hi biss li l-establishment jaħsibha mod ieħor. Meta jidhrilna li jkun il-mument opportun, nieħdu l-passi neċessarji.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s