Townsquare: qed jgħadduk biż-żmien?

Townsquare.Fawlty Tower 

Il-bieraħ kont preżenti għall-ewwel seduta tal-appell mid-deċiżjoni tat-torri ta’ Townsquare.

Ir-rappreżentant legali tal-Awtoritá tal-Ippjanar nixxef lil kulħadd meta talab lill-membri tat-Tribunal ta’ Reviżjoni għall-Ambjent  l-Ippjanar [dak li sa ftit ilu kien il-Bord tal-Appell] biex jikkunsidraw li l-Kunsill Lokali ta’ tas-Sliema, l-għaqdiet ambjentali u l-Awtoritá tal-Ambjent ma kellhomx dritt li jippreżentaw  dan l-appell.

Tafu għaliex?

Għax kull wieħed minnhom kellu rappreżentant fil-Bord tal-Awtoritá tal-Ippjanar meta din ħadet id-deċiżjoni dwar it-torri ta’ Townsquare.

Uħud minnkom forsi tiftakru kemm kien hemm min ftaħar li s-separazzjoni tal-Ippjanar mill-Ambjent kien ser iwassal għal iżjed attenzjoni u fuq kollox li l-Awtoritá tal-Ambjent kien ser ikollha id-dritt mhux biss li tipparteċipa fil-Bord imma li fuq kollox kien ser ikollha d-dritt li tappella mid-deċiżjonijiet tal-Ippjanar biex tħares l-ambjent aħjar.

L-Avukat Robert Abela jidher li għandu ideat differenti minn dawk li ħabbru diversi Ministri fil-Parlament.

Inkella, dawn l-istess Ministri ppruvaw jgħadduk biż-żmien!

One comment on “Townsquare: qed jgħadduk biż-żmien?

  1. X’cans hemm li s-sentenza ” L-Avukat Robert Abela jidher li għandu ideat differenti minn dawk li ħabbru diversi Ministri fil-Parlament.” trid tinkludi l-avukat Ian Stafrace ukoll? Wara kollox l-appell tal-ERA ma jistax issewwi l-hsara li ghamlu huma stess meta Victor Axiak ma kellux il-hila jwassal l-opinjoni tieghu quddiem il-bord tal-PA. Int stess ghidt li kellu jirrizenja. Wara “dil-ligi” ta’ Robert Abela, Axiak ghandu jirrizenja ghal-tlett darbiet u l-Ministru u l-ex Ministru tal-Ambjent jiedu dawk li l’Inghilterra jghidulhom “the Chiltern Hundreds” i.e. bl-Ingliz “they’re turned out to grass”.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s