Dal-għodu kulħadd inħasad kif xterdet l-aħbar li waqa’ ajruplan u iktar tard sirna nafu li l-ħamsa min-nies fuqu mietu kollha.
Qed jingħad li qabel ma waqa’ l-ajruplan ma kien hemm l-ebda splużjoni. Dan ifisser li l-ajruplan waqa’ għal xi raġuni oħra, li s’issa m’hiex magħrufa.
It-Times online tistaqsi: Dan l-ajruplan x’kien qed jagħmel hawn? Il-mistoqsija teħtieġ tweġiba għax matul il-ġurnata kien hawn diversi verżjonijiet li jippruvaw jispjegaw għaliex.
Jidher li l-ajruplan, bla marki, li waqa’ dalgħodu huwa ta’ kumpanija li ilha involuta f’materji ta’ difiża u sigurta.
It-Times tikkwota lil Le Monde dwar li tlieta mill-persuni fuq l-ajruplan kienu uffiċjali tad-DGSE, is-servizz ta’ spjunaġġ ta’ Franza (intelligence service).
Hawn jibdew il-mistoqsijiet il-kbar: Franza qed tagħmel użu minn Malta bħala bażi għall-ispjunaġġ? Kemm ilhom sejrin biha?
Forsi għalhekk kien skomdu Karmenu Abela (Ministru tal-Intern) meta ipprova jwieġeb lil ġurnalisti!
Il-mistoqsija l-kbira hi: l-Gvern (u s-servizzi tas-sigurta ta’ Malta) kien jaf x’inhu għaddej?
We would all like to know about this. This government is anything but clear and sincere. Malta is not is a position to be friends to all especially members of spying circles. What do they know about our country?