Simon Busuttil u l-kannibaliżmu politiku

salvu-times-230916

Simon irid koalizzjoni. Koalizzjoni kontra l-korruzzjoni. Imma l-koalizzjoni m’għandiex tkun biss kontra l-korruzzjoni, imma fuq kollox għandha tkun koalizzjoni favur it-tmexxija għaqlija (good governance).

Għal Simon Busuttil l-unika mod kif tieħu forma din il-koalizzjoni hi jekk tinġabar fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Fil-prattika dan ifisser li Simon Busuttil irid li jibla l-partiti ż-żgħar billi jipprova jikkondizzjonhom illi jekk huma kontra l-korruzzjoni (u favur it-tmexxija għaqlija) posthom hu mal-Partit Nazzjonalista. Dan qiegħed jingħad b’mod ċar ħafna bħal per eżempju fl-editorjal tat-Times ta’ nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru 2016 intitolat How many a Salvu is there?

It-Times bħal Simon tgħid li “Given our electoral system, to achieve that realistically would mean that people like Mr Mallia, Dr Farrugia and others who share the same ideals would have to stand on the PN ticket even if they might not feel totally at home with the party.”

Imma t-Times iżżid tgħid li dan kollu (li l-koalizzjoni isseħħ ġewwa l-PN) hi “an issue of concern”. Għax, ikompli jargumenta l-editorjal tat-Times, li tirbaħ elezzjoni mhux kollox. Għax wara irid ikollok il-kapaċità li tiggverna.

L-editorjal jirreferi għall-instabilità tal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi b’referenzi speċifiċi għal Franco Debono u Jeffrey Pullicino Orlando u jagħti parir lill-Partit Nazzjonalista li jekk qed joħlom dwar l-allejanzi għandu jaħseb fit-tul, għax l-allejanzi għandhom ikunu ibbażati “on sound political principles and on a clear and agreed electoral programme”. Dan hu l-messaġġ rejali tat-Times u mhux il-lixka li bela sa grixmejh Salvu Mallia. Il-Times ġustament qed temfasizza li x-xogħol rejali tal-koalizzjoni li qed joħlom biha Simon jibda wara l-elezzjoni u allura huwa importanti ħafna li koalizzjoni tkun mibnija fuq programm politiku miftiehem u mhux li individwi jintelqu fi ħdan partit avolja jafu (kif iddikjara Salvu Mallia innnifsu) li hemm diversi affarijiet li dwarhom ma jaqblux mal-istess partit.

Il-proposta ta’ Simon Busuttil hi ibbażata fuq il-kannibaliżmu politiku. Koalizzjoni serja min-naħa l-oħra tkun ibbażata fuq programm politiku miftiehem u fuq ir-rispett sħiħ tal-elementi kollha li jiffurmawha. Ma hemmx lok għal fiduċja għamja. Il-fiduċja għamja fit-tmexxija politika, bħala pajjiż, wasslitna sal-punt diżastruż li qegħdin fih illum.

Is-soluzzjoni għall-kriżi etika fil-politika Maltija mhiex li tkun ikkonsolidata sistema ta’ Parlament b’żewġ partiti imma li jkollna Parlament b’iżjed minn żewġ partiti. Ma hemmx bżonn emendi fil-liġijiet tal-pajjiż biex dan ikun jista’ jsir. Isir meta jirnexxielna nfehmu lin-nies li din hi is-saħħa rejali tal-vot ta’ kull wieħed u waħda minna.

Għax filwaqt li hu importanti li min m’għandux idea ta’ tmexxija għaqlija (good governance) jaqla’ ċamata tajba fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, huwa daqstant ieħor importanti li l-ebda partit politiku ma jkollu iktar il-kontroll assolut tal-makkinarju tal-istat.

Din hi l-ikbar u l-aħjar garanzja kontra l-korruzzjoni u favur it-tmexxija għaqlija.

Advertisements

One comment on “Simon Busuttil u l-kannibaliżmu politiku

  1. Veru !
    U l-instabbilita’ politika mhijiex skuza.
    Imma wiehed irid jistaqsi.

    “Veru li l-poplu huwa kontra l-korruzzjoni?”

    Jien wisq nibza li it-twegiba onesta hija “Le”.
    Il-poplu Malti jghix bil-korruzzjoni.
    Tkun ghadek lanqas twelidt u l-genituri tieghek jibdew jitkellmulek ma xi hadd bit-tama li jdeffsuk f’xi skola tal-knisja taht xi skuza jew ohra.
    Imbaghad tibda l-primarja, u tibda tara genituri jigbru ghar-rigal tal-Milied tat-teacher…..biex ma nsemmux dik l-omm li tirrifjuta li tikkontribbwixxi ghar-rigal, “ghax se ntiha xi haga personali”.
    Fl-isptar, kwazi kulhadd jaf lil xi hadd importanti li jista jkellmu biex “il-file tieghu jitla aktar fil-wicc”….biex ma nsemmux lill istess professuri, li jekk tmur ghandhom privat iqabbzuk il-kju fl-isptar.
    Fid-dinja tax-xoghol, kwazi kulhadd xi darba talab l-ghajnuna ta xi hadd iehor, biex jghaddilu kelma ha jigi imjegat.
    U xi nghidu ghall evazjoni tat-taxxa. Min qatt ma ghamel xi xoghol “bla ktieb” ?
    Min taha dejjem ir-ricevuti tal-VAT?

    Jekk nibqa’ sejjer bil-lista ikolli nimla volumi kbar ta cirkostanzi fejn kull persuna f’Malta xi darba jew ohra ghazlet “soluzzjoni” korrotta.

    Allura wiehed irid jistaqsi.
    Veru l-Maltin iridu gvern hieles mill korruzzjoni ?
    Jaqaw il-Maltin jivvutaw lil partit minn iehor proprju ghax jaraw f’dak il-partit il-possibbilta’ LI JIEHDU DAK LI MA HAQQHOMX ?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s