Joseph inkwetat u Simon qalbu perżuta

fil-gagga

 

Joseph inkwetat għax l-Awtorità tal-Ippjanar ipposponiet bi ħmistax il-ġurnata d-deċiżjoni dwar l-irziezet tal-ħut. Simon ħa nifs il-ġewwa għax qalbu perżuta għall-ħaddiema li l-għixien tagħhom jiddependi minn dawn l-irziezet tal-ħut.

L-avukati li qed jiddefendu lil dawk li jrabbu l-ħut fil-baħar infurmaw lill-Awtorità tal-Ippjanar li l-egħluq ta’ dawn l-irziezet tal-ħut ikun ifisser daqqa kbira għall-ekonomija tal-pajjiż għax fuq dawn il-gaġeġ kbar jiddependi 1.5% tal-prodott gross nazzjonali.

Il-Professur Victor Axiaq, li għall-grazzja t’Alla irkupra saħħtu, seta din id-darba jagħmel l-argument ambjentali dwar il-ħsara kbira li qed issir. Ħsara, emfasizza l-professor, li tista’ tittaffa biss jekk il-gaġeġ tal-ħut jinħarġu ħafna iktar il-barra mill-kosta.

Dawn ilhom iktar minn ħdax-il sena jafu li jeħtieġilhom li jiċċaqalqu għax qed jagħmlu l-ħsara. Imma meta hu magħruf li madwar nofs il-gaġeġ tal-ħut huma illegali (bla permessi jew ikbar mill-permess) bil-fors toħroġ il-mistoqsija dwar min kien qed jipproteġihom huma u jisfidaw il-liġi.

Ħdax-il sena huma iktar minn biżżejjed.

 

Advertisements

One comment on “Joseph inkwetat u Simon qalbu perżuta

  1. Ma tahsibx li din il-laqgha tal-PA gabret fiha l-essenza tas-sitwazzjoni, tal-fossa anzi li waqajna fiha, bil-kummiddjanti tas-soltu jaghmlu l-parti taghhom? X’jiswew il-ligijiet, x’jiswa l-ambjent, x’jiswa l-bahar, l-aqwa li jidhru. Tal-fishfarms m’ghandhom l-ebda intenzjoni li johorgu l-gageg hafna izjed il-barra, jghidilhom minn jghidilhom. U l-ebda ras ma hi ser tinbuttom il-barra.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s