Joseph inkwetat għax l-Awtorità tal-Ippjanar ipposponiet bi ħmistax il-ġurnata d-deċiżjoni dwar l-irziezet tal-ħut. Simon ħa nifs il-ġewwa għax qalbu perżuta għall-ħaddiema li l-għixien tagħhom jiddependi minn dawn l-irziezet tal-ħut.
L-avukati li qed jiddefendu lil dawk li jrabbu l-ħut fil-baħar infurmaw lill-Awtorità tal-Ippjanar li l-egħluq ta’ dawn l-irziezet tal-ħut ikun ifisser daqqa kbira għall-ekonomija tal-pajjiż għax fuq dawn il-gaġeġ kbar jiddependi 1.5% tal-prodott gross nazzjonali.
Il-Professur Victor Axiaq, li għall-grazzja t’Alla irkupra saħħtu, seta din id-darba jagħmel l-argument ambjentali dwar il-ħsara kbira li qed issir. Ħsara, emfasizza l-professor, li tista’ tittaffa biss jekk il-gaġeġ tal-ħut jinħarġu ħafna iktar il-barra mill-kosta.
Dawn ilhom iktar minn ħdax-il sena jafu li jeħtieġilhom li jiċċaqalqu għax qed jagħmlu l-ħsara. Imma meta hu magħruf li madwar nofs il-gaġeġ tal-ħut huma illegali (bla permessi jew ikbar mill-permess) bil-fors toħroġ il-mistoqsija dwar min kien qed jipproteġihom huma u jisfidaw il-liġi.
Ħdax-il sena huma iktar minn biżżejjed.