Leo Brincat u l-morsa tal-iskandlu tal-Panama

Leo Brincat 050916

Bħal diversi minnkom segwejt lill-Leo Brincat jiġi eżaminat mill-Kumitat Parlamentari tal-Parlament Ewropew dwar il-Kontroll tal-Budget qabel ma jinħatar bħala membru tal-Qorti Ewropeja tal-Awdituri.

Leo qal li Konrad Mizzi messu irriżenja. Qal ukoll li hu ħassu f’morsa u kien qed jikkunsidra li jirriżenja fil-ġranet ta’ qabel il-mozzjoni ta’ sfiduċja.

Dan fakkarni li f’dawk il-ġranet kien hawn diversi rapporti dwar diversi membri tal-Kabinett li tkellmu b’ċerta qawwa waqt il-laqgħat tal-Grupp Parlamentari Laburista u lkoll insistew li Konrad Mizzi kellu jirriżenja.

Issa li m’għadux membru tal-Kabinett Leo stqarr fil-pubbliku dak li kien magħruf li qal wara l-bibien magħluqa.

Għamlu tajjeb il-Membri Parlamentari Ewropej li insistew għal tweġibiet dwar l-iskandlu tal-Panama. L-istorja ċertament ma tieqafx hawn għax fil-ġimgħat li ġejjin trid tibda l-inkjesta fid-dettall dwar l-istess skandlu. Għad irridu naraw kif din l-inkjesta ser tiżviluppa u b’mod partikolari kif ser iġibu ruħhom dawk il-Maltin li ser ikunu mitlubin jidhru quddiem il-kumitat parlamentari tal-Parlament Ewropew li ser imexxi l-inkjesta.

Min ħaseb li l-istorja raqdet sejjer żmerċ. Għad irridu nisimgħu ħafna iktar. U min żbalja għad irid iħallas. Jekk mhux illum ikollu jħallas għada.

Id-dikjarazzjoni ta’ Leo Brincat illum għandha sinifikat simboliku. Seta kellha sinifikat ħafna ikbar kieku kellu l-kuraġġ tal-konvinzjonijiet tiegħu.

One comment on “Leo Brincat u l-morsa tal-iskandlu tal-Panama

  1. Dak li qal Brincat ma jimpressjonani xejn. Diskors tal-konvenjenza – Malta nitkellmu fuq il-Panama u l-Ewropa mod, u barra nitkellmu mod iehor. Pero, iktar milli bi Brincat dizappuntant bil-votanti. Kif tista qatt tapprova bhala awditur xi hadd illi jammetti li vvota kif ivvota ghax kien “pressured”.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s