Tletin sena lura, ma Deborah Schembri

Deborah Schembri 11

 

L-iskema li tħabbret il-ġimgħa l-oħra mis-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri dwar il-ħruġ ta’ permessi ta’ żvilupp fejn hemm bini illegali jew irregolari hi inkwetanti għax tagħti daqqa ta’ ħarta lit-trasparenza fil-proċess tal-ippjanar fl-użu tal-art.

Sal-lum dettalji dwar l-applikazzjonijiet (tip, użu, lokalità u identità ta’ żviluppatur) ikunu ppubblikati u hemm żmien stabilit sa meta kull persuna li għandha interess tkun tista’ toġġezzjona għall-iżvilupp propost. Wara, sal-lum hemm ukoll il-possibilità ta’ appell.

Dan m’huwiex possibli li jsir f’dawn l-applikazzjonijiet dwar il-bini illegali. Ser jagħtu ċans biss lil min żmien ilu jkun għamel rapport u li a bażi tiegħu tkun ħarġet ordni ta’ infurzar (enforcement order).  Dan imur kontra il-prinċipju bażiku stabilit fil-liġi tal-ippjanar: l-informazzjoni għandha tkun pubblika kollha. Għax jekk l-informazzjoni ma tkunx pubblika l-iskrutinju pubbliku ma jistax isir.

B’daqqa ta’ pinna Deborah Schembri bagħtet l-ippjanar ta’ l-użu tal-art tletin sena lura. Fejn kollox isir bil-moħbi.

Min qal li l-aqwa fl-Ewropa?

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s