L-ambjent marid bħall-Professur Axiaq

Stethoscope

 

Il-ġimgħa l-oħra ċ-Ċhairman tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, l-Professur Victor Axiaq għax kien marid, kien jaf li ma kienx ser jattendi għal-laqgħa tal-Awtorità tal-Ippjanar. Il-laqgħa kellha tiddiskuti it-torrijiet tal-Imrieħel u ta’ Townsquare f’tas-Sliema. Huwa għaldaqstant  kiteb il-fehmiet tiegħu dwar dawn it-torrijiet f’email. Din l-email għaddiha lil Dr Timothy Gambin, membru huwa ukoll tal-Awtorità tal-Ippjanar u awtorizzah biex, fid-diskrezzjoni tiegħu, jaqra dawn il-fehmiet waqt il-laqgħa tal-Awtorità.

Għaliex il-Professur għadda l-kummenti tiegħu lil Dr Gambin? Mhux aħjar kieku għaddihom liċ-Ċhairman tal-Awtorità tal-Ippjanar Vince Cassar biex b’hekk il-membri kollha tal-Awtorità jkunu jafu l-fehmiet tiegħu?  Għaliex kien jaf Dr Timothy Gambin biss? Stramba! Mhux soltu għall-Professur li joqgħod lura milli jkun ċar ma kulħadd.

Il-Professur Axiaq inħatar membru tal-Awtorità tal-Ippjanar biex jirrappreżenta lill-Awtorità tal-Ambjent. Fid-dibattitu biex il-MEPA tinqasam fi tnejn, b’falsità kbira, diversi esponenti tal-Gvern kienu qalu li l-ambjent kien ser ikollu leħen iktar determinanti u b’saħħtu meta jittieħdu d-deċiżjonijiet. Imma fis-siegħa tal-prova, il-leħen tal-ambjent kien marid bħall-Professur Victor Axiaq, u allura ma nstemax. Bid-differenza li fil-waqt li lill-Professur nawguralu li ma jdumx ma jgħaddilu, għall-ambjent jidher li għad hemm ħafna diffikultajiet.

Il-Malta Today dan l-aħħar tkellmet dwar il-fatt li nafu x’qal il-Professur Axiaq dwar it-torrijiet tal-Imrieħel. Dan minħabba li Dr Timothy Gambin waqt il-laqgħa tal-Awtorità tal-Ippjanar qara silta mill-email fis-seduta ta’ fil-għodu, waqt id-diskussjoni dwar l-applikazzjoni għat-torrijiet tal-Imrieħel. Imma waranofsinnhar, meta kien hemm is-seduta pubblika dwar l-applikazzjoni għat-torri ta’ Tas-Sliema, Dr Gambin ma qarax fil-pubbliku dak li qal il-Professur Axiaq dwar Townsquare.

Il-mistoqsija hi għaliex Dr Timothy Gambin ma qalilniex x’jaħseb il-Professur Victor Axiaq dwar it-Torri ta’ Tas-Sliema? Dr Gambin biss jista’ jgħidilna għaliex huwa żamm l-informazzjoni għalih. Għaliex għamel hekk, hu biss jaf, s’issa. Dejjem sakemm ma jkollux il-kuraġġ li jitkellem il-Professur Victor Axiaq.

Imma, forsi, l-Professur għadu marid, bħall-ambjent. Nawguralu fejqan ta’ malajr. Mhux biss lill-Professur, immafuq kollox anke lill-ambjent.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s