Bejn il-Freeport u t-tanker tal-gass : min jagħmel l-iktar ħsara?

gas at Marsaxlokk

 

Bħalissa għaddejjin numru ta’ argumenti bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista dwar il-Bajja ta’ Marsaxlokk. Dwar il-kuntrast bejn l-impatti tal-Freeport u dawk tat-tanker tal-gass li dalwaqt ikun qiegħed fi triqtu lejn Malta minn Singapore!

Il-Partit Laburista fl-aħħar induna li l-Freeport għandu impatt negattiv fuq ir-residenti ta’ Birżebbuġa. Qed ngħid li fl-aħħar induna, għax għal numru kbir ta’ snin ħadd mill-Partit Laburista ma fetaħ ħalqu dwar dan is-suġġett. Inkluż meta l-Grupp Parlamentari Laburista kollu, unanimament, ivvota favur li l-konnċessjoni tat-Terminal tal-Port Ħieles lis-CMA-CGM tiżdied minn 30 għal 65 sena. Dakinnhar ħadd mill-Partit Laburista ma kellu riżervi favur ir-residenti ta’ Birżebbuġa. Imma biż-żmien il-Partit Laburista fetaħ għajnejħ. Iktar għall-konvenjenza milli b’konvinzjoni. Imma fetaħhom.

Allura issa li l-Partit Laburista fetaħ għajnejh dwar il-Freeport qed jakkuża lill-Partit Nazzjonalista li hu ma jimpurtahx mill-impatti fuq ir-residenti ta’ Birżebbuġa. Kif kien il-Partit Laburista sa ftit ilu!

Ir-risposta tal-Partit Nazzjonalista, kif antiċipat, hi emfasi fuq it-tanker tal-ħażna tal-gass li ser ikun sorġut fil-Bajja ta’ Marsaxlokk għal numru ta’ snin sakemm isir il-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija.

Il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista jridu jdaħħqu dwar min għamel l-iktar ħsara!

Ir-realtà hi li l-ħsara jagħmluha t-tnejn imma din m’hiex ħsara komparabbli.

Il-ħsara kkawżata mill-Freeport Terminal hi riżultat ta’ ippjanar ħażin li ma qiesx l-impatti tal-operat tal-Freeport Terminal fuq ir-residenti ta’ Birżebbuġa. Huwa nuqqas li jmur lura sal-1962, li seta jkun ikkoreġut fis-snin tmenin u li minflok sar agħar bil-plots għad-djar li ħareġ il-Gvern fil-viċinanżi!

Il-ħsara li jista’ jikkawża t-tanker tal-gass hi li jqarreb il-periklu (anke jekk remot) lejn ir-residenti ta’ Birżebbuġa. Hawn ukoll hawn nuqqas ta’ ippjanar. Imma tajjeb, for the record, niftakru li l-Gvern Taljan permezz tal-ENI fl-1999 ried jagħmel il-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija. Imma l-Gvern, dakinnhar immexxi mill-PN, ma wasalx għal ftehim!

Kieku l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ippjana l-politika tal-enerġija sewwa ilna iktar minn 10 snin li qlibna għall-gass u bla dubju ma jkunx hemm bżonn l-ebda tanker tal-gass!

Allura, ser jibqgħu għaddejjin biha dwar min għamel l-iktar ħsara?

3 comments on “Bejn il-Freeport u t-tanker tal-gass : min jagħmel l-iktar ħsara?

  1. Min jaf għala l-offerta tal-Eni ma ġietx aċċettata ? Beware of Greeks bearing gifts igħidu. Dan naħseb japplika għal kull nazzjonalità. Għandek raġun illi n-nuqqas ta’ ppjanar kabbar il-problemi li għandna llum f’kull qasam. Imma l-fatt indiskuttibli jibqa’ jekk kienx hemm verament ħtieġa ta’ mpjant ġdid tad-dawl li jaħdem bil-gass meta r-rinovvabli qed jagħmlu daqshekk progress u anke t-teknoloġija tal-ħażna tad-dawl. Fl-opinjoni tiegħi, id-deċiżjoni tal-impjant tal-Electrogas turi nuqqas kbir ta’ viżjoni meta kien aktar jagħmel sens illi jsir tieni interconnector ma’ Sqallija sakemm naqilbu totalment għar-rinovvabli.

    • Hi l-politika kollha tal-enerġija taż-żewġ partiti l-kbar li hi nieqsa minn viżjoni.
      Meta tara x’inhuma jagħmlu pajjiżi oħra, li qed ikollhom ġranet sħaħ li l-provista li jeħtieġu ta’ enerġija tkun ġejja kollha kemm hi minn sorsi rinovabbli bilfors ikollok mistoqsija kbira fuq il-proġetti kollha tal-enerġija f’pajjiżna. Pero meta tqis id-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom probabbilment li aħna f’Malta ser ikun diffiċli li nipprovdu l-htiġijiet tagħna kollha minn sorsi rinovabbli. Imma ċertament li nistgħu jkollna persentaġġ ta’ enerġija rinovabbli ħafna ogħla milli għandna illum.
      Il-pipeline tat-Taljani ma mkienx ġej b’xejn! Fl-aħħar konna ser inħallsu b’rati kummerċjali. X’qed inħallsu illum mit-taxxi tagħna għall-proġetti tal-enerġija?

  2. Apologies for this late comment. I was absent from the Republic until Sunday morning.
    A few points: both of you seem to forget the “anguished” cri de coeur of Austin Gatt: ENI wanted us to buy gas we were NOT going to use! That was correct, but as usual Austin did not bother to explain. And the explanation lay in the fact that at that time our electricity production (and demand) was at a level that made a gas-pipeline not economic. Clearly ENI did not want to go in for a the large capital expense for us to “turn the gas on” so to speak for a few hours a day. Nobody bothered to explain this.

    On the second Sicily cable until we switch over to renewables, can either of you tell us what “renewables” ? That sounds and has always sounded like “pie in the sky”.The PN made a mess of its wind-power plans; PL dropped them completely and has no alternatives on its radar. PV has made progress but has no chance of “complete substitution”. If we cannot site any wind power on national territory or in national waters ( which I firmly believe is NOT the case) we could hire out chunks on Sicily and put up wind farms there, to supply us via a second(?) cable. And it must not be forgotten that given the intermittency of renewable sources we would still need some conventional generation equipment or connection thereto as standby.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s