Simon Busuttil għadu ma fehem xejn

Simon Busuttil 11

Simon Busuttil inħasad. Hekk irrapportat il-Malta Today dwar ir-reazzjoni tal-Kap tal-Opposizzjoni għad-deċiżjoni tal-Gvern li mhux ser jinkoraġixxi l-espansjoni tal-Port Ħieles.

Simon Busuttil għadu mhux qed jirrealizza illi l-impatti li qed joriġinaw mit-Terminal tal-Port Ħieles qed jifnu lir-residenti ta’ Birżebbuġa . L-iktar li qed jinħass presentment hu l-istorbju matul il-ħin tal-mistrieħ. Imma mhux dan biss.

Kif diġa kelli l-opportunità illi nispjega f’artikli oħra, hemm ukoll impatti li huma kkawżati mid-dawl eċċessiv fit-Terminal tal-Port Ħieles kif ukoll impatti li joriġinaw min-nuqqas ta’ aċċess għall-baħar għall-isports u d-divertiment b’mod ġenerali.

L-impatti ambjentali għandhom effett immedjat kif ukoll effetti fit-tul fuq il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta’ Birżebbuġa. Hekk qiegħed jagħmel il-Port Ħieles: qiegħed bil-mod il-mod jherri l-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta’ Birżebbuġa. Fi ftit kliem is-suċċess tal-Port Ħieles qed iħallsu għalih ir-residenti ta’ Birżebbuġa billi tul is-snin, sal-lum ukoll, qed jiġu mġiegħela jissagrifikaw il-kwalità tal-ħajja tagħhom.

Pajjiż serju ma jittratta lil ħadd miċ-ċittadini tiegħu b’dan il-mod. Alternattiva Demokratika ilha titkellem żmien twil dwar dan. Għalhekk huwa ta’ sodisfazzjon għalina li l-Gvern u l-Partit Laburista fl-aħħar fehmu dan. Huwa ukoll tal-mistħija li Simon Busuttil li jippoppa sidru bħala l-paladin il-ġdid tal-ambjent għadu ma fehem xejn.

Advertisements

One comment on “Simon Busuttil għadu ma fehem xejn

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s