Fil-Qorti, l-avukat tal-Air Malta ġie rappurtat li qal li jekk ma jkunx konkluż il-ftehim mal-Alitalia li permezz tiegħu l-Alitalia (u allura l-Etihad Airways) ikunu azzjonisti b’49% tal-ishma u probabbilment bid-dritt li jmexxu l-kumpanija, l-Air Malta tfalli.
Qal ukoll li l-Air Malta qed tiffaċċja żbilanċ ta’ €66 miljun.
Din informazzjoni interessanti u in parti tispjega dak li qal Luca Cordero di Montezemolo f’Mejju li għadda meta qal li biex takkwista d-49% tal-ishma tal-Air Malta l-Alitalia ma kienetx bi ħsiebha tinvesti xejn. L-anqas euro wieħed ma kien ser ikun issugrat. Risk free investment, kien qal!
Ovvjament bħalissa ħadd ma jgħid xejn dwar dak li qiegħed għaddej minħabba l-velu tal-kunfidenzjalità meħtieġa biex tipproteġi n-negozjati.
Imma mill-ftit li hu magħruf ma tantx jidher li ġejjin affarijiet sbieħ fl-Air Malta. Mhux biss għall-piloti.
Il-Pulizija jmissha tohrog mandat ta’ arrest ghal Joseph N. Tabone li meta kien Chairman tal-AirMalta kien xtara numru kbir ta’ RJ 70s – spiza li l-kumpannija ma kientx tiflah ghaliha!!!
L-ewwel net il-Pulizija m’għandiex x’taqsam, sakemm ma jkunx hemm frodi jew xi azzjoni kriminali oħra. It-tieni, mhiex biss responsabbiltà ta’ Joseph N.Tabone iżda ukoll, flimkien miegħu tal-Bord tad-Diretturi kollu. Huwa l-Gvern immexxi minn Alfred Sant li kellu jieħu passi fl-1996, imma sfortunatament ma ħax passi. Ta’ min jistaqsi għaliex.
Infakkrek li dak il-Gvern dam biss sentejn u disa’ xhur u warajh rega’ tela’ fil-Gvern il-partit li inti kont timmilita fih! Ta’ min jistaqsi ghaliex ma hadux passi, hux vera?
Iva hemm bzonn spjegazzjoni li s’issa hadd ma ta.
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2012/07/12/rcc-u-l-avro-rj70-wara-raqda-ta-15-il-sena/
Grazzi tar-risposta ezawrjenti tieghek. Nawguralek il-weekend it-tajjeb.