Testment bijoloġiku: mewt b’dinjità

Holding-Hands-300x199 

Waqt li bħalissa għaddej id-dibattitu dwar l-ewtanasja, jiġifieri li l-pajjiż jippermetti s-suwiċidju assistit, Alternattiva Demokratika qed tipproponi li jkun possibili illi ċittadini Maltin ikunu jistgħu jagħmlu testament bijoloġiku.

Dan ifisser li persuna, waqt li għadha f’saħħitha, tkun tista’ tħalli struzzjonijiet bil-miktub dwar x’interventi mediċi tkun lesta li taċċetta kemm-il darba tkun marida serjament u ma tkunx f’posizzjoni li tesprimi il-fehma tagħha.

Dan jgħodd l-iktar għal dawk il-persuni li jkunu iffaċċjati b’dijanjosi ta’ mard terminali u allura hemm il-possibilità li jkunu jafu minn qabel dwar dak li jkun ġej għalihom.

Permezz tat-testment bijoloġiku tista’ tħalli ċar bil-miktub biex ma jtawlulekx ħajjtek b’mod artifiċjali, per eżempju permezz tal-magni . B’hekk meta tasal is-siegħa jħalluk tmut bil-kwiet u b’dinjità.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s