Il-bieraħ waqt laqgħa ta’ djalogu pubbliku f’Kastilja, Konrad Mizzi Ministru bla portafol fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, ngħata ċapċipa kbira. Standing ovation qalet it-Times.
Kif tista’ tagħti ċapċipa ta’ approvazzjoni lil min ma żammx kelmtu? Lil min jiddeletta bis-segretezza u bil-ħabi? Lil min mhux biss ma jara xejn ħażin li jiftaħ kumpanija fil-Panama talli jevita ukoll li jwieġeb mistoqsijiet dwarha.
L-aqwa li Gvern li jisma’!
Fid-dawl ta’ dan kollu għalfejn noqgħodu niskantaw bil-medjokrità fil-politika Maltija?