L-ODZ w it-tidwir mal-lewża

nut

 

Il-proposta tal-PN biex deciżjonijiet dwar l-ODZ jibdew jittieħdu mill-Parlament b’maġġorana ta’ żewġ terzi hi politika ta’ min qata’ qalbu li jista’ jindirizza l-kawza tal-problema u minflok jinfex fl-effett. Hija ukoll dikjarazzjoni li din is-sitwazzjoni mistennija li tkun fit-tul jew permanenti.

Kif diġa kelli l-opportunità li nikteb, id-diżastru akkumulat fl-ODZ hu riżultat ta’ falliment tal-istituzzjonijiet li la l-bieraħ u l-anqas illum ma jispiraw fiduċja. Ir-rapport li kien tħejja mill-MEPA dwar iż-Żonqor u l-posizzjoni li ħadet il-MEPA dwar per eżempju l-pompa tal-petrol li kienet proposta għall-Magħtab huma tnejn mid-diversi eżempji dwar dan.

L-awtoritajiet għandhom l-inkarigu li jipproteġu dak li hu għażiż għalina. F’dan l-inkarigu, b’mod ġenerali fallew. M’għandhomx joqgħodu jistennew liċ-ċittadini individwali jew lill-għaqdiet ambjentali biex jirrealizzaw il-gravità tas-sitwazzjoni.

Il-proposta tal-PN hi politika ta’ min qata’ qalbu għax flok ma tindirizza l-problema tfittex illi toħloq mekkaniżmu li jimblokka d-deċiżjonijiet temporanjament. Għax dik hi r-relevanza tal-mekkaniżmu tal-vot ta’ żewġ terzi fil-Parlament li ultimament jikkonverti ruħu għal deċiżjoni b’maġġoranza sempliċi kif stqarr il-Kap tal-Opposizzjoni fl-artiklu tiegħu llum. Issa din it-tip ta’ proposta tista’ tagħmel sens biss jekk tkun għal perjodu qasir ta’ żmien u dan sakemm jitnaddfu l-awtoritajiet u jinħolqu l-mekkaniżmi biex dawn jaħdmu sewwa bla tfixkil jew indħil mill-politika partiġjana.

Dan hu ir-rwol tal-Parlament: li jfittex l-aħjar mod kif ikun amministrat il-ġid komuni u li fejn ikun hemm problema dwar dan jidentifika soluzzjonijiet li jindirizzaw l-issues mingħajr tidwir mal-lewża.

Sfortunatament il-Parlament Malti, tul is-snin wera li hu bla snien fit-twettiq ta’ waħda mill-iktar funzjonijiet importanti tiegħu, dik li jgħarbel il-ħidma tal-Gvern. Din la saret u l-anqas qegħda ssir. Mhux ma issirx sewwa, imma sempliċiment ma issirx għax numru mhux żgħir ta’ Membri Parlamentari għadhom ma fehmux li din hi responsabbiltà tagħhom. Kieku dan fehmuh, dawk il-Membri Parlamentari li aċċettaw ħatriet fuq bordijiet u awtoritajiet ma kienux jagħmlu dan. Għax meta aċċettaw dawn il-ħatriet huma kkompromettew il-ħidma tagħhom bħala Membri Parlamentari għax poġġew lilhom infushom fis-sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess kontinwu u dan minħabba li issa suppost li jridu jissorveljaw il-ħidma tagħhom stess.

Din hi is-sitwazzjoni. Bla tidwir mal-lewża l-qagħda tal-ODZ f’Malta u Għawdex hi rifless tal-qagħda ġenerali tal-governanza fil-pajjiż.

______________

fuq dan il-blog, dwar l-istess suġġett ara ukoll :

Froġa oħra ta’ Simon Busuttil.

L-ODZ u l-Parlament.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s