Simon Busuttil ser jagħti l-eżempju?

Simon Busuttil 14

Mela Simon Busuttil qed jgħidilna li l-Partit Nazzjonalista ser jipproponi li biex ikunu approvati proġetti (pubbliċi jew privati) barra miż-żona ta’ żvilupp (ODZ) ikun jeħtieġ li deċiżjoni jkollha l-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-Parlament. Dan minħabba li, kif ġie ikkwota Simon Busuttil, kemm il-Partit Nazzjonalista  kif ukoll il-Partit Laburista għandhom in-nuqqasijiet tagħhom għax it-tnejn li huma għamlu bosta żbalji dwar l-ODZ.

Din il-proposta tfisser li Simon Busuttil qata’ qalbu mill-awtoritajiet (tal-ippjanar u tal-ambjent) li dawn jistgħu xi darba jieħdu deċiżjoni sura ta’ nies. Jidher ukoll li qata’ qalbu li l-PN fil-Gvern jista’ jirreżisti l-pressjoni ta’ dawk li jridu jibilgħu kull m’hawn.

Jekk trid tikkoreġi l-iżbalji tipparalizzax il-proċess li bih jittieħdu d-deċiżjonijiet. Iżda neħħi min-nofs lil dawk li ħadu d-deċiżjonijiet ħżiena.

Simon jista’ jibda biex jagħti l-eżempju.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s