Is-sistema elettorali tagħna

 general election 2013.counting

 

Reġa’ beda l-argument ta’ dawk li jaħsbu li l-Partit Nazzjonalista hu l-uniku alternattiva għall-Partit Laburista fil-Gvern. Għal dawn, l-eżistenza ta’ iktar minn żewġ partiti politiċi hi ħela u l-kawża ta’ frammentazzjoni tal-voti. Jiġifieri, dawn isostnu li minħabba f’hekk, il-voti f’elezzjoni ġenerali jinfirxu għalxejn.

Jippretendu li hemm xi obbligu li jekk ma tridx lil Joseph għandek tivvota lil Simon, u jekk ma tridx lil Simon għandek tivvota lil Joseph. Ma jirrealizzawx li għal numru ta’ votanti, la Joseph u l-anqas Simon [u l-partiti tagħhom] ma huma għażla li tixraq li dan il-pajjiz.

Is-sistema elettorali tagħna sarilha diversi tibdil fiha tul iż-żmien. Tibdil intenzjonat bħala rimedju kontra t-tbagħbis tad-distretti. Minkejja d-difetti fit-tibdil li sar (proporzjonalità riżervata għal żewġ partiti biss, pero mhux dejjem), is-sistema elettorali xorta għadha waħda magħmula apposta biex ikunu inkoraġġiti ħafna partiti. Ma hemm bżonn l-ebda tibdil fil-liġijiet elettorali biex fil-Parlament ikollna tlieta, erbgħa jew ħames partiti, kif fil-fatt, wara kollox kellna fis-snin 60. Jiddependi biss mill-volontà tal-elettorat biex bis-sistema elettorali ta’ vot singlu trasferibbli jkollna Parlament b’iktar minn żewġ partiti.

Is-sistema ta’ żewġ partiti kienet għażla tal-votanti li, meta jridu, jistgħu jerġgħu iwarrbuha kif fil-fatt għamlu diversi drabi tul is-snin.

Riċentment, fi Frar 2016, fl-Irlanda, li għandha sistema elettorali li hi sostanzjalment bħal tagħna, ġie elett Parlament li mhux biss fih tmien partiti politiċi imma ukoll numru ta’ membri parlamentari indipendenti (19-il wieħed).  Dan isir minħabba li l-votanti Irlandiżi, b’responsabbiltà kbira, wara li jagħtu l-ewwel preferenzi lill-kandidati tal-partit li jappoġġaw ikomplu l-vot tagħhom fuq kandidati ta’ partiti oħra jew fuq kandidati indipendenti. F’Malta ftit wisq huma dawk li jivvutaw b’dan il-mod, peró dan mhux bil-fors li jibqa’ hekk.

Dan kollu qed ngħidu minħabba kitbiet fi tmiem il-ġimgħa ta’ min jidhirlu illi jekk ma taqbilx ma Joseph għandek bil-fors tappoġġa lil Simon. Tista’ ma tappoġġa lil ħadd minnhom. Is-sistema elettorali tagħna dan tippermettilek li tagħmlu u jekk ikun hemm biżżejjed votanti li jaħsbuha bħalek l-għażla tiegħek tista’ tkun rappreżentata fil-Parlament. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed min jaħsibha bħalek, il-vot tiegħek jgħaddi għal fuq il-preferenza li jmiss, preferenza magħżula minnek stess.

Tħallix lil min iqarraq bik kif forsi għamlu f’elezzjonijiet oħra. Ħadd m’għandu jwarrab biex jagħmel il-wisa’ la għal Joseph u l-anqas għal Simon. Hemm wisa’ għal kulħadd.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s