Il-Parlament il-lejla ddiskuta d-deċiżjoni li ħa l-Ispeaker Anġlu Farrugia li ma aċċettax bħala valida l-mozzjoni ta’ Marlene Farrugia għax din fittxet li tiċċensura lil Keith Schembri l-Kasco, ċ-Chief of Staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.
Presentment hemm pendenti fuq l-aġenda tal-Parlament, abbożż ta’ liġi imsejjaħ Att tal-2014 dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Dan l-abbozz ta’ liġi hu riżultat ta’ diskussjoni dwar l-etika fil-ħajja pubblika li saret f’kumitat magħżul tal-Kamra li fih ħa sehem ukoll l-Ispeaker Anġlu Farrugia. Punt interessanti li joħroġ minn dan l-abbozz hu li skond l-artiklu 3 tal-abbozz l-persuni “in a position of trust” huma ukoll soġġetti għal skrutinju tal-Parlament.
Anġlu Farrugia kien qabel ma dan. Allura issa għaliex bidel il-ħsieb?
Dan x‘taħwid hu Anġ?
Imma min tah l-okkazzjoni biex ihawwad? Min halla l-abozz jigbor it-trab fuq il-mejda tal-Kamra.
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2015/11/03/il-gvern-izomm-l-istandards-fil-hajja-pubblika-fuq-l-ixkaffa/
Mod ikollok opinjoni u mod iehor trid timxi mal-etika u r-regolamanti tal-parlament!!