Il-PNPL wara l-pubblikazzjoni tal-Panama Papers

Money_Black_Hole (1)

 

Il-konsulenti legali u finanzjarji Maltin assoċjati mal-Panama Papers bla dubju kienu qed jagħmlu xogħolhom. Fissru lill-klijenti tagħhom kif inhu l-aħjar biex iħallsu t-taxxi kollha dovuti lill-kaxxa ta’ Malta. Sa l-inqas ċenteżmu.  Is-segretezza kienet neċessarja biex waqt li jagħmlu dmirhom jevitaw li  joqgħodu jiftaħru. Jiġifieri kontra dak li jgħidu l-ilsna ħżiena anke s-segretezza jista’ jkollha skop tajjeb ukoll.

Fil-fatt fittxew fil-banek madwar id-dinja biex jaraw liema wieħed joffri l-aħjar faċilitajiet!

Kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista jappoġġaw is-servizzi finanzjarji u dan mhux biss f’Malta imma ukoll f’kull rokna tad-dinja. Huwa għalhekk li snin ilu ftehmu li l-politika dwar is-servizzi finanzjarji għandha tkun waħda mibnija fuq consensus, bejniethom. Qatt ma smajthom jikkritikaw is-segretezza f’Malta kif ipprattikata mis-servizzi finanzjarji.

Fid-dawl ta’ dan il-consensus ħadd m’għandu jistagħġeb li l-Membri Parlamentari li l-ħin jippermettilhom jipprattikaw fis-settur finanzjarju. Uħud qed imexxu kumpaniji, tagħhom jew ta’ oħrajn li jafdawhom. Oħrajn ifittxu l-pariri, fil-waqt li oħrajn jagħtu l-pariri dwar fejn l-aħjar li dawn il-kumpaniji jistgħu jinħolqu.

Hekk hu sewwa, making hay while the sun shines. Imma hemm differenza waħda. Tiegħek (u ta’ madwarek) dejjem tajjeb. Ta’ ħaddiehor mhux etiku.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s