Huwa tajjeb li Marlene Farrugia qed tinsisti fuq il-mozzjoni ta’ sfiduċja f’Konrad Mizzi li hi ppreżentat lill-Ispeaker tal-Parlament nhar it-18 t’April 2016.
Kif rappurtata fit-Times illum tagħti raġunijiet validi ħafna biex tiġġustifika dan.
Kien għalhekk, daqstant ieħor għaqli li, fuq parir tal-President tar-Repubblika bidlet id-deċiżjoni u mhux ser tattendi għad-dimostrazzjoni tal-1 ta’ Mejju organizzata fil-Belt għada mill-Partit Laburista.
Għax kif tista’ tifforma parti minn dimostrazzjoni immexxija minn persuni li (ta’ l-inqas illum) ma jħaddnux il-valuri li hi tħaddan?
Hemm bżonn iktar ħsieb qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet. L-impulsività tista’ tkun ta’ ħsara kbira għax kawża tagħha, mingħajr biżżejjed ħsieb, jittieħdu deċiżjonijiet żbaljati li mhux dejjem ikun possibli illi jissewwew.