Mela Joseph Muscat iddeċieda wara 60 jum jaħsibha.
Iddeċieda li jħalli kollox kif inhu.
Keith il-Kasco Schembri għadu hemm!
Konrad Mizzi ma baqax Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa. Sar Ministru bla portafoll ibbażat f’Kastilja. Huwa jwettaq il-proġetti li jassenjalu l-Prim Ministru. L-ewwel proġett : il-power station. X’inbidel? Mhux dak li kien qed jagħmel?
Joseph iddeċieda li ma jiddeċiedi xejn. Imma iddeċieda!