Il-ħmieġ inissel iktar ħmieg

demarco.hillman

 

L-istorja fl-ewwel paġna tal-lum tal-Malta Today hi ovvjament ritaljazzjoni għall-istejjer tal-Panama Papers dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri l-Kasco. B’mod partikolari qed tagħti messaġġ li l-għeruq tal-ħmieġ madwar il-kumpaniji li jippubblikaw it-Times u s-Sunday Times huma mifruxa ferm iktar milli naħsbu.

Il-fattur komuni hu l-kuntrattur Pierre Sladden ta’ Redmap Construction Limited li ħadem fuq il-binja tal-Istamperija l-ġdida fl-Imrieħel. Il-kobba hi imħabbla sewwa u ma noħodhiex bi kbira li għad irridu nisimgħu ħafna iktar. Inkluż iktar ismijiet.

L-istorja tal-lum tiffoka fuq persuni madwar Adrian Hillman u m’hiex biss attakka fuq Mario de Marco imma ukoll attakk fuq uffiċjali oħra tal-kumpaniji li jippubblikaw it-Times u s-Sunday Times, inkluż fuq dak li presentement qed jimla l-post ta’ Adrian Hillman b’mod temporanjament.

Dan hu każ ieħor li bih għal akkużi ta’ irregolaritajiet qed tingħata t-tweġiba: “għax ma tarax x’għamilt int u ta’ madwarek”! Għax b’hekk il-partijiet jibqgħu jitgħajjru u jippruvaw jiġġustifikaw li ma jieħdu l-ebda pass fuq xejn.

Pajjiżna jixraqlu ħafna aħjar.

 

Advertisements

2 comments on “Il-ħmieġ inissel iktar ħmieg

  1. Wasal iz-zmien li l-Alternattiva Demokrattika tiehu postha kif jixraq fix-xena politika Maltija. Il-poplu Malti ghandu jirrealizza li kemm il-Partit Laburista u dak Nazzjonaloista huma mcappsin bi hmieg li ma jinhasel qatt.

    Fil-konfront tal-PN ta min isemmi l-iskandli Queiroz, Caravaggio, Ninu Zammit, il-Perit Lawrence Gatt, John Dalli, etc.

    Fil- kaz tal-Partit Laburista, ta’ min isemmi il-vjolenza, diskriminazzjoni politika, il-hnizrijiet ta’ Lorry Sant u ta’ madwaru, il-megalomania ta’ Duminku Mintoff, l-inkompetenza tal_KMB, Panama Gate etc.

    Il-PN u PL ma jisthoqqilhom xejn ghajr id-disprezz mill-poplu Malti.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s