Il-PN jilgħab bil-liġi tal-finanzjament

euros2

 

Il-PN għandu djun kbar. Jingħad li dawn ilaħħqu madwar it-€22 miljun euro. Kemm eżatt ma nafux għax s’issa m’hemmx l-obbligu tal-pubblikazzjoni tal-accounts tal-partiti politiċi. Inkun nafu s-sena d-dieħla meta tkun bdiet taħdem il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.

Bħala riżultat ta’ titjib intern fl-amministrazzjoni tal-partit il-PN beda skema ta’ self li permezz tagħha jissillef mingħand in-nies ammont ta’ €10,000. Min jislef lill-PN jieħu 4% interessi, ferm iktar milli jagħtu l-banek, u l-PN min-naħa l-oħra jħallas ferm inqas milli jħallas f’interessi lill-bank kieku kellu jissellef minn hemm.

Skond il-liġi tal-finanzjament tal-partiti li approva l-Parlament fis-sajf li għadda ma hemm xejn irregolari f’dan kollu. Imma l-liġi (bħal dejjem) ma tipprovdix għal kull ma jista’ jinqala’.

Il-liġi ma tipprovdix biex skema bħal din ma tkunx tista’ tiġi użata kontra l-ħasil ta’ flus maħmuġin. Jiddependi biss mill-partiti infushom mingħajr kontrolli diretti mill-awtoritajiet biex ikun assigurat li dan mhux qiegħed isir.

Il-liġi l-anqas ma tipprovdi għall-ħarsien tal-flus ta’ min jislef flusu lill-partit. L-ebda awtorità pubblika m’għandha s-setgħa biex tara li l-assigurazzjonijiet li jagħti partit politiku li jissellef huma veritjieri u li allura li meta jagħlaq iż-żmien tas-self tieħu flusek lura. Trid toqgħod biss fuq l-assigurazzjonijiet li jagħtik il-partit.

Hemm imbagħad is-segretezza. Din m’hiex korretta għalkollox. Għax l-awdituri tal-Kummissjoni Elettorali jistgħu jagħmlu l-verifiki kollha li jidhrilhom meħtieġa. Ovvjament li mhux gravi daqskemm qed jgħidu imma ċertament mhux ta’ serħan il-moħħ biżżejjed kontra l-abbużi.

Il-PN b’din l-iskema ta’ self qed idur mal-liġi. Qed jobdi l-liġi fil-kelma imma mhux qed josserva l-ispirtu tagħha. Fi ftit kliem l-iskema ta’ self tal-PN tmur kontra r-regoli basiċi tal-etika politika. Hi skema maħduma minn avukati u accountants biex jgħattu x-xtur tal-politiċi.

Forsi hu l-mument li jingħalqu t-toqob permezz ta’ regolamenti ċari biex jinqata’ dan il-logħob.

 

ippubblikat ukoll fuq iNews illum l-Erbgħa 13 t’April 2016

Advertisements

One comment on “Il-PN jilgħab bil-liġi tal-finanzjament

  1. Grazzi talli qsamt hsibijietek dwar dal-punt. Ma kellix dubju li, f´dal-pajjiż mifqugħ bl-avukati u argumenti legalistiċi mġebbda, l-iskema taċ-Ċedoli tal-PN ma kinitx tidwira mal-liġi tal-finanzjament tal-partiti.

    Mill-banda l-oħra laqatni l-punt tiegħek li f’sitwazzjoniet ta’ self ĦADD – LANQAS IL-BANK STESS – ma jista’ JIGGARANTILEK flusek lura. Il-ġudizzju dwar l-assigurazzjoni ta-self irid bilfors jagħmlu min qed isellef. Tinstema’ ovvja, imma fil-kakofonija li nqalgħet dal-punt ma ħariġx ċar.

    Issa dwar il-possibilta’ ta’ ħasil tal-flus, jidhirli li din tkun hemm sew jekk il-blokka ta’ self tkun ta’ 10 jew 7 t’elef ewro.

    Naturalment, kif għidt int, fil-ferneżija ta’
    bħalissa iż-żewġ partiti qed jaħilbu l-kwistjoni għall-vantaġġ tagħhom, inkluż billi jgħawwġu jew jgħattu l-veritá.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s