Meta taqra dak li qal Alfred Grixti hawn fuq tirrealizza kemm fil-Partit Laburista għad hemm min ma tgħallem xejn mill-passat. Is-skiet fil-konfront tal-iżbalji tal-passat daħħal lill-Partit Laburista fi sqaq. Kien żmien li l-Partit Laburista għażel li jipproteġi lil dawk fostu li żbaljaw flok ma affront ir-realtà b’irġulija.
Il-kuntrast bejn dak li qed jgħid Alfred Grixti u Evarist Bartolo ma jistax ikun ikbar. Alfred Grixti qed jagħżel li jimxi fl-isqaq, għax il-mexxej tkellem. Evarist Bartolo qed jagħżel it-triq tar-responsabbiltà politika. It-triq li permezz tagħha kull politiku jerfa’ hu, ir-responabbiltà politika ta’ egħmilu, u mhux jitfagħha fuq ħaddieħor.
Jiena bħala politiku tkellimt ċar ħafna f’dawn il-ġimgħat li għaddew u f’dawn il-jiem li għaddew. Jiena ngħid li jiena, personalment, bħala politiku, jiena irrid nerfa’ ir-responsabbiltà ta’ egħmili u mhux nitfagħha fuq persuna oħra biex tiġġudika jekk l-egħmil tiegħi hux tajjeb jew le. U allura jiena, anke kif tkellimt fil-konferenza ġenerali fil-gimgħat li għaddew, sellimt lil dawk il-persuni li jkunu fil-politika bħala servizz pubbliku u għamlu ħafna sagrifiċċji personali. Aħna matul l-istorja tal-partit tagħna hemm nies li batew ħafna, li ssagrifikaw anke il-libertà tagħhom, anke marru l-ħabs, anke ġew ippersegwitati, ġew mitfugħa fil-miżbla ………….. żgur ma kienux hemmhekk biex isiru sinjuri. Għidt : insellem lil dawn in-nies, għax il-partit tagħna huwa mibni fuq il-valuri tal-ġustizzja, fuq il-valuri tal-moralità fiskali, fuq id-dinjità, fuq il-libertà, u fuq li l-affarijiet isru b’mod ġust.
Jiena nifhem is-sentiment ta’ Alfred Sant. Alfred Sant żgur li hu persuna li rrifletta u ħaseb ħafna qabel qal ħaġa bħal dik. Li nista’ ngħid hu li kieku dak li qal, qalu dwari, kont insegwi l-parir ta’ Alfred Sant.“
Skuzani, ergajt jien ghax il-kontradizzjonijiet goffi jdejquni. Alfred Grixti, bhala hafna progressivi, socjalisti moderni (u ma nafx izjed x’hemm), ghandu wiccu ‘mizbugh’ bil-kuluri tal-bandiera franciza li fl-ahhar snin saret simbolu tal-liberta’ shiha tal-espressjoni rapprezentata minn “Charlie Hebdo “!!!