Alfred Sant m’għandux bżonn il-mannara

Alfred Sant  Il-partit ta' Chris Cardona

Id-dikjarazzjoni ta’ Alfred Sant dwar Konrad Mizzi kienet flokha.

Alfred Sant qal: “Fl-interess tiegħu, personali u politiku, fl-interess ta’ familtu, tal-Partit Laburista u tal-Gvern, kif ukoll fl-interess nazzjonali, id-deċiżjoni onorabbli malajr kemm jista’ jkun  tal-Ministru Konrad Mizzi hi li jirriżenja”.

Il-kliem hu meqjus u magħżul bi preċiżjoni. Il-ħin hu magħżul bir-reqqa wkoll.

Alfred Sant m’għandux ħtieġa tal-mannara ta’ Chris Cardona. Għax il-lingwaġġ vjolenti dejjem ipprova jevitah. Is-simboliżmu tal-vjolenza Alfred Sant dejjem qagħad il-boghod minnu. L-iktar bogħod possibli. Għalhekk la għandu bżonn ta’ sejf u wisq inqas ta’ mannara.

Alfred Sant tkellem ftit ġranet wara li kien hemm diskussjoni imqanqla fil-Grupp Parlamentari Laburista fejn numru ta’ Ministri [Chris Cardona tal-mannara mhux inkluż] tkellmu ċar dwar li Konrad Mizzi jeħtieġ illi jirriżenja minn Ministru, illum qabel għada. Anke l-Ministru tal-Finanzi tkellem fil-Parlament dwar il-gravità tas-sitwazzjoni u dwar il-ħtieġa urġenti li jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Il-posizzjoni ċara li ħa Alfred Sant hi fiha nnifisha dikjarazzjoni ta’ appoġġ lil dawk fil-Partit Laburista li jridu li dan jimxi fit-triq li tagħraf li l-politika issir bil-konvinzjoni u mhux għall-konvenjenza, inkluż dawk fil-Grupp Parlamentari li tkellmu ċar. Għax Konrad mhux il-problema, imma s-sintomu. Il-problema hi ħafna ikbar minn Konrad Mizzi.

L-istorja ovvjament mhux ser tieqaf hawn. Għax minkejja d-difetti kollha tiegħu il-kelma ta’ Alfred Sant għad għandha piz fil-Partit Laburista. Bosta iktar mill-mannara ta’ Chris Cardona.

One comment on “Alfred Sant m’għandux bżonn il-mannara

  1. Hadd m’ghandu l-bakketta magika, wisq inqas fil-politika. Li ktibt dwar Alfred Sant u l-vjolenza hu kollu minnu. Il-(M)LP dejjem kellu nies rashom fuq ghonqhom bhala Joe Micallef Stafrace u Lino Spiteri li kellhom mohh kritiku. Imma l-hamrija tal-awto-kritika fil-Labour mhix fonda u ghalhekk difficli taqbad art.

    Meta Joe Micallef Stafrace qal li x-xemx ma telghetx fil-’71 Mintoff u l-partit hargu ghalih qatta’ bla habel, tant li JMS spicca anathema. Sfortunatument il-PL baqa’ mhedi jnawwar fil-ferita li garrab fil-kwistjoni politiko-religjuza tas-’60-ijiet minhabba restrizzjonijiet morali fuq il-liberta’ tal-espressjoni. Dak li kellu jghid dak in-nhar xorta seta’ jghidu u fil-fatt qalu.

    Inti stess forsi tghidli li fil-PN l-istess jigri u ghalkemm ma nafx nemmen li hekk hu. Imma l-impressjoni generali hi li l-PL huwa sensittiv izzejjed u mhux tolleranti ghall-kritika. Il-veru kaz li jekk turih is-sejf johrog ghalik bil-mannara. Is-Super One ghadu kif iccelebra l-25 sena mill-ftuh tal-istazzjon Grazzi ghal-ligi tal-pluralizmu fix-xandor (li kienu kontriha) u tismaghhom illuminati wara dawn is-snin kollha iridu jaghlqu halq Daphne (u jekk jista’ jkun jaqtghulha rasha biex zgur ma tkunx tista’ tiftah halqha! ), iwaqqfu l-billboards politici hlief fi zmien l-elezzjoni (ara hawn tant eyesores madwarna ! )

    Ma nafx ghaliex il-PL baqa’ ma kibirx f’dil-haga. Partiti ohra barra minn Malta li kellhom problemi simili mal-forzi konservattivi imma maz-zmien iz-zewg nahat evolvew u fehmu ahjar ‘il xulxin u tal-inqas jistmaw l-opinjonijiet differenti ta’ xulxin bla ma jaqbdu f’xaghar xulxin. Il-PL ghadu jbati minn sens jew ta’ nferjorita’ inkella ta’ bullying (jew dawk mill-istess gherq gejjin?) li ma jtihx cans jidhol f’dibattitu serju, miftuh u minghajr legalizmi zejda mal-avversarji tieghu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s