Jekk Konrad ma għamel xejn ħażin Joseph Muscat jista’ jikkunsidra li jinnominah bħala l-kandidat Malti għall-Qorti Ewropeja tal-Awdituri. Jinnominah flok Toni Abela, issa li ġie imħabbar li n-nomina ta’ Toni Abela ġiet irtirata.
Ikollu l-opportunità li jkun intervistat minn Kumitat tal-Parlament Ewropew u jkun jista’ jispjega lil udjenza ferm ikbar milli għamel s’issa għaliex għamel sewwa meta fetaħ kumpanija sigrieta fil-Panama.
Bla dubju għandu esperjenza ħafna iktar minn Toni Abela.
It-Taljan Gianni Pitella, bla dubju jagħtih l-appoġġ kollu li jista’, tiegħu u tas-Soċjalisti u Progressivi fil-Parlament Ewropew!
Titħajjar?
Ma tafx kif jispiċċa bi standing ovation oħra! Tlieta fil-fatt: waħda għalih, oħra għal Joseph u oħra għal Malta għax l-aqwa fl-Ewropa.