….. jiġi jaqa’ u jqum minn kollox u minn kulħadd.
Fir-Republika ta’ Montekristo l-kelma tiegħu hi liġi.
Kultant, mir-Repubblika ta’ Malta issir raid fir-Republika ta’ Montekristo, bħalma sar tlett snin ilu meta kwantità ta’ Pulizija marru f’Ħal-Farruġ biex taparsi jinfurzaw l-ordni. Minn darba għall-oħra li jorganizzaw dan il-Karnival jirnexxielhom jinfurzaw ħaġa waħda : li l-Konti ta’ Montekristo għandu liġi għalih.
Jagħmel li jrid għax jitħalla jagħmel li jrid. L-ewwel kellna t-tigra u issa kellna l-iljuna (jew il-lijonessa)!