Il-pajjiż ma jiftaħx għal żewġ partiti żgħar. Hu meħtieġ sforz biex Alternattiva Demokratika u l-forza politika ġdida immexxija minn Marlene Farrugia jippreżentaw front komuni.
Hemm ħafna in komuni. Jiena impenjat li nipprovaw nidentifikaw l-aħjar mod kif dan jista’ jsir.
S’issa nemmen li dan għadu possibli. Nibża’ li jekk dan ma jsirx nitkissru t-tnejn.
Huwa essenzjali li l-pajjiż ikollu t-tielet forza politika li tkun b’saħħitha. Dan hu l-uniku mod kif tissaħħah id-demokrazija u l-governanza tajba fil-pajjiż.
Naqbel 100 fil 100 imma trid tkun xi haga gdida differenti mill AD. Il-poplu jrid jara idejat godda, ucuh godda, tama gdida.
Ma neskludix li r-riżultat finali jkun differenti kif ukoll aħjar minn AD.