Is-swimming pool ta’ Beppe

Beppe Fenech Adami-Gharghur

Il-Ministru Chris Cardona u n-Nutar Ian Castaldi-Paris ilhom ġranet sħaħ jibbumbardjaw lill-pubbliku b’informazzjoni dwar is-swimming pool ta’ Beppe Fenech Adami.

Qed jgħidulna li dan is-swimming pool, hu ħafna ikbar milli suppost. Issa jiena ma nafx jekk dan hux minnu jew le. Imma naf li hemm mod ċar u preċiż kif dan jista’ jkun stabilit, kif wara kollox jiġri ma kull persuna oħra f’Malta.

Kull min jidhirlu li Beppe ma mexiex mal-permessi ta’ żvilupp dwar xogħol li hu għamel fir-residenza tiegħu, kull ma għandu jagħmel hu li jippreżenta rapport lill-MEPA li tibghat l-enforcement officers tagħha biex jinvestigaw. Wara, jekk ikun meħtieġ, dawn jieħdu l-passi neċessarji. Daqshekk sempliċi l-biċċa, għal min hu ta’ rieda tajba.

 

Imma dan kollu ma jnaqqas xejn mill-gravità li nħolqot bil-kumpaniji sigrieti fil-Panama li għandhom il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff f’Kastilja, Keith Schembri tal-Kasco. Għax il-Partit Laburista qed jgħidilna li ħadd ma jista ‘ jikkritikah għax inkella jqalleb kull m’hawn forsi jsib xi żball, żgħir jew kbir, li tkun għamilt xi darba.

Issa żbalji ser isibu kemm iridu. Żbalji żgħar u żbalji ikbar. Peró għad irrid nara żball oħxon daqs dak tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama. Kien ikun ħafna aħjar għall-Partit Laburista kieku Konrad u l-Kasco irrizenjaw mill-ewwel.

L-ebda swimming pool m’hu ser isolvilhom il-problema li ħolqu huma stess.

Kull jum li jgħaddi tkompli żżid mal-ħsara kbira li diġa għamlu lill-pajjiż.

 

5 comments on “Is-swimming pool ta’ Beppe

  1. Hemm ukoll mod sempliċi kif wieħed jiċċekkja d-daqs tal-pixxina. Minn fuq il-map server tal-MEPA wieħed jista jkejjel u jkollu ideja tajba. Jien għamilt hekk u sibt li l-pixxina hija ta’ ftit inqas minn 50 metru kwadru, jiġifieri skont il-policy.

    Li qed jirreferu għalih tal-Labour naħseb li hu l-patio/pook deck. Hemm iktar konkrit/madum milli stabbilit mill-policy tal-2000. Madankollu l-permess kien ħareġ ħafna qabel ma saret il-policy u għalhekk ma nafx kif inħareġ. Kif taf, il-pjanti dettaljati mhumiex disponibbli għall-pubbliku.

  2. Jien kejjilthom fuq il-Google Maps, u sibt li l-pool hi madwar 42 m.kwadri, u d-decking madwar 400 m.kwadri. Ara f’hiex waqghet il-politika Malta – spiccajna nkejlu s-swimming pools ta’ xulxin! X’ghamel Beppe facli ticcekjah il-MEPA, imma x’qed jigri l-Panama, l-Azerbaijan u c-Cina min se jiccekkjah?

  3. imma vera waqajna ghal affarijiet redikoli. Issa nkejlu is-swimming pools………… u le, Mulej ahfrilhom ghax ma jafux x’inhuma jaghmlu

  4. Nahseb qeghdin u ilna f’pozizjoni tal-biki fejn ghandna il-politikanti jitajru bil-korruzjoni ta xulxin pero li hu tal-biki li kollox jibqa kif ikun.Ix-show issir dejjem mac-cittadin komuni il-bqija il-parlamentari u irjus kbar jitajru ghal voti u kollox imut fuq ruh ommu.Min bena villa go wied min ha art tal-gvern(poplu) min bena iktar sular mill-permess etc etc.Il-poplu bahnan jitkaza b’tan-nahha l’ohra bl’abbuz u b’ taghna qisu ma gara xejn.Kullhadd jitlob ir-rizenja ta xulxin u ma isir xejn.Anka mill-kummenti tinduna li flok kullhadd jikkundanna kull hazin kullhadd jipprova jiskuza lill-tal-partit tieghu.Il-poplu bahnan kien u bahnan se jibqa.

  5. Politika bla sinsla fuq iz-zewg nahat miskin il-haddiem msomma nahseb li hu ghadu jikkuntenta b’xi bicca hobz biz-zejt dawn donnhom iktar ma ghandhom iktar iridu qishom mhux se jmutu pffffft!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s