L-isqaq ta’ Joseph Muscat

Keith & Joseph

Bil-każ ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri tal-Kasco, Joseph Muscat daħal fi sqaq li minnu ser isib diffikulta kbira biex joħroġ. Ftit baqa’ ċans, għax ma jridx joħroġ minnu. U iktar ma jgħaddi żmien iktar ser ikunlu diffiċli.

Triq waħda hemm x’jieħu.

Dwar Konrad Mizzi, in vista tal-ammissjoni pubblika li l-kumpanija fil-Panama teżisti,  ġaladarba Konrad ma irreżenjax kellu jkeċċieh. Mhuwiex aċċettabbli li Ministru tal-Gvern ikollu kumpanija f’ġurisdizzjoni assoċjata mal-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni u n-nuqqas ta’ trasparenza.

Dwar Keith Schembri tal-Kasco, ġaladarba dan għadu qed jiċħad l-allegazzjonijiet ippubblikati dwaru kellha tinfetaħ inkjesta immedjatament biex ikunu stabiliti l-fatti u Schembri kellu jwarrab jew jitwarrab sakemm dawn il-fatti jkunu ċari għal kulħadd.

Għax issa jekk ikunu ippubblikati l-provi dwar dak li qed jintqal mhux biss Keith tal-Kasco jkollu jwarrab imma Joseph Muscat innifsu. In-nuqqas ta’ azzjoni ta’ Joseph Muscat ifisser li huwa qed jipproteġi lil Keith Schembri  u dan minnu innifsu hu ta’ gravità kbira.

M’huwiex aċċettabbli li f’pajjiż demokratiku l-Prim Ministru jaġixxi qiesu ma ġara xejn. Imma sfortunatament tul dawn it-tlett snin hu ċar li Joseph Muscat hu persuna amorali, jiġifieri għalih l-etika hi rrelevanti, għax għalih xejn m’hu xejn.

Il-pajjiż qed jgħix mument ta’ gravità kbira. Nittama għalhekk li l-provi li hemm ikunu ippubblikati l-iktar kmieni possibli ħalli min għadu ma fetaħx għajnejh jirrealizza l-perikli gravi li aħna mdawrin bihom.

Sadanittant Joseph Muscat jibqa’ dieħel fl-isqaq.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s