Joseph frisk bħal ħassa

Lettuce

 

L-Allied Newspapers Limited, il-kumpanija responsabbli għall-pubblikazzjoni tat-Times of Malta u s-Sunday Times of Malta, fid-dawl tal-informazzjoni li ħierġa ftit ftit fuq il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia dwar allegazzjonijiet gravi ta’ tixħim u korrużżjoni ħadu passi immedjati. Infetħet investigazzjoni interna fil-kumpanija biex teżamina l-allegazzjonijiet serji li saru. Il-persuna fit-tmexxija tal-kumpanija li għaliha qed issir referenza, l-Managing Director Adrian Hillman, ħareġ bil-leave, sakemm tkun konkluża l-investigazzjoni u jkunu ikkunsidrati l-konklużjonijiet.

L-allegazzjonijiet dwar tixħim ma jikkonċernawx biss lil min qed jingħad li ġie imxaħħam. Jikkonċernaw ukoll lil min qed jingħad li xaħħam u ċjoe lil Keith Schembri tal-Kasco.

Bħala Chief of Staff tal-Prim Ministru il-Kasco tgħaddi minn taħt idejħ informazzjoni minn l-iktar sensittiva li tikkonċerna lill-pajjiżna.

Jista’ l-pajjiż jibqgħa immexxi b’dan il-mod: minn persuni li hemm dellijiet kbar dwar l-integrità tagħhom, bil-poter effettiv tal-pajjiż f’idejhom?

Sadanittant Joseph frisk bħal ħassa. Qiesu ma ġara xejn. Għandu fiduċja sħiħa f’Keith tal-Kasco tant li ma jħossx il-ħtieġa li ssir investigazzjoni. Inevitabilment, f’din is-sitwazzjoni tasal għal konklużjoni li Joseph Muscat u Keith Schembri tal-Kasco qed jiddefendu lil xulxin.

Pajjiżna jixraqlu aħjar.

Advertisements

One comment on “Joseph frisk bħal ħassa

  1. Jista’ l-pajjiż jibqgħa immexxi b’dan il-mod: minn persuni li hemm dellijiet kbar dwar l-integrità tagħhom, bil-poter effettiv tal-pajjiż f’idejhom?

    Ir-risposta cara u onesta hi “Le”. Biss wiehed irrid jghid ukoll li l-mostoqsija ghandha daqxejn minn dik il-propjeta li bl-Ingliz jghidula “DOUBLE-EDGED”, Ghax aparti milli tapplika b’mod car u gust ghal Joseph Muscat u Keith Schembri, tapplika ftit ukoll ghal Caruana Galizia. Ma nahsebx li ma rajtx it-tieni “post” ta’ Carunan Galizia, fejn “wissiet il-gurnalisti tat-Times biex ma jafdew lill-hadd minn dawk ta’ fuq rashom biex ma nghidux mill-kollegi taghhom ukoll, ghax kien hemm kommunikazzjoni kontinwa bejn il-gbarat tat-Times u l-officju tal-PM Muscat. Ma jsaqsuhiex kif taf, biss jemmnuha! Meno mali il-gurnalisti — rappresentati mill-edituri — ma irrespondewx bhal- missier tat-tifel epilettiku ghal din it-talba,

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s