Il-Munxar: daqqa ta’ ħarta oħra

Munxar.Marsaskala

 

L-applikazzjoni quddiem il-MEPA biex jinbena villaġġ agro-turistiku fil-Munxar hi daqqa ta’ ħarta oħra għall-ambjent f’Malta.

Għalkemm hi area li tul is-snin saritilha xi ħsara, xorta hi żona li għadha fi stat li tista’ tkun salvata. Hi żona fejn l-eko-sistema hi ħajja u għandha tkun protetta.

Din l-applikazzjoni saret minn individwu privat imma d-Direttur tal-Ippjanar il-bieraħ f’intervista waqt aħbarijiet diġa qal li din l-applikazzjoni hi “a non-starter”. Hi applikazzjoni li hi oġġezzjonabbli fil-prinċipju u dan għax tmur kontra numru mhux żgħir ta’ policies tal-ippjanar.

Dan li jiġri meta l-Gvern jagħti eżempju ħażin. Ikun hemm min jitħajjar.