Il-Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti

LN 427.15

 

Lejlet il-Milied il-Ministru Owen Bonnici ippubblika l-avviż legali li bih stabilixxa l-1 ta’ Jannar 2016 bħala d-data li fiha l-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti tidħol fis-seħħ.

Din hi liġi mportanti li dwarha Alternattiva Demokratika ilha titkellem sa minn meta twaqqfet, mill-1989. Hi importanti ħafna u kienet meħtieġa bħala strument ta’ trasparenza u kontabilità. Imma kif saret hi inġusta anke fil-konfront ta’ Alternattiva Demokratika għax hi imfassla biex ikunu akkomodati l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.

Hemm prinċipalment tlett difetti serji fil-liġi li dwarhom ilna nitkellmu sa minn meta ġiet ippubblikata l-White Paper.

L-ewwel nett huwa żball oħxon, fil-fehma tagħna, li nħatret il-Kummissjoni Elettorali bħala l-awtorità li tirregola. Il-Kummissjoni Elettorali, kif nafu, hi maħtura nofs bin-nofs mill-Gvern u l-Opposizzjoni biċ-Chairman jinħatar mill-Gvern. Mela l-partiti ser jirregolaw lilhom infushom kif wara kollox suppost ilhom jagħmlu snin kbar. Għax il-Kummissjoni Elettorali, anke bil-liġijiet il-qodma, kienet responsabbli, per eżempju, biex tirċievi d-dikjarazzjonijiet tal-kandidati dwar kemm nefqu fl-elezzjonijiet. Tafu daqsi bl-infieq bl-addoċċ li dejjem sar minn-numru ta’ kandidati. Imma l-Kummissjoni Elettorali qatt ma għamlet xejn.

It-tieni l-kontrolli li tipproponi l-liġi huma l-istess għal kulħadd. One size fits all. Ma hemmx distinzjoni bejn il-kontrolli introdotti għall-partiti li jonfqu l-miljuni u partit bħal Alternattiva Demokratika li rari ħafna qabeż l-€10,000 infieq f’sena. Il-proposti fattibbli li għamlet Alternattiva Demokratika f’dan is-sens ġew injorati.

It-tielet imbagħad, hemm bomba tal-ħin li tikkonsisti fil-propjetà tal-Gvern jew propjetà rekwisizzjonata li l-partiti għandhom f’idejhom b’kirjiet baxxi ħafna. Dawn iI-kirjiet baxxi ma huma xejn ħlief donazzjoni li qed jirċievu l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista kull sena. F’xi każi huma sostanzjali u jistgħu jkunu f’konflitt mal-liġi. Dwar dan, bla dubju nisimgħu iktar matul ix-xhur li ġejjin.

Huwa tajjeb li fl-aħħar ittieħdu passi billi l-Parlament approva liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Imma setgħet saret ħafna aħjar.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s