Nawgura l-Milied it-tajjeb lil kulħadd. Milied li jġib is-sliem. Sliem dejjiemi.
Festa tas-solidarjetà, mhux festa ta’ kummerċ.
Hi ħasra li l-messaġġ reali tal-Milied, ingeżwer kif inhu fit-tlellix, jintilef wara ftit siegħat biex jerga’ jitfaċċa sena oħra. Hemm bżonn li l-valuri tal-Milied, s-sliem u s-solidarjetà, jkunu ċċelebrati kuljum, 366 darba matul is-sena 2016. Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd: kemm lil dawk ta’ rieda tajba kif ukoll li dawk ta’ mingħajr rieda tajba.