Il-Perit Mintoff kien ġieli ddeskriva l-armata bħala waħda tal-operetti. Jiġifieri li tajba għaċ-ċerimonji u għal xejn iktar.
L-aħbar riċenti tal-interventi tas-Sinjura Michelle Muscat biex timmedja bejn Gunner Catania u t-tmexxija tal-armata tindika li l-affarijiet fl-armata reġgħu qabdu n-niżla.
It-Times tal-lum tikkummenta li ċ-Chain of command tal-armata hi dysfunctional. It-tmexxija tal-armata mhux qed tiffunzjona.
Il-Gunner Catania ħass li kellu jmur il-Qorti minħabba li ma sabx ħajt ta’kenn fil-Kmandant.
Dan jagħti sinifikat ikbar lil ħidma tal-Ombudsman biex jinvestiga l-ilmenti ta’ numru ta’ fizzjali dwar il-mod kif ingħataw il-promozzjonijiet. Bil-Kmandant innifsu jagħmel il-high jump u jieħu numru ta’ promozzjonijiet f’4 ġimgħat.