Segwejt siltiet mid-dibattitu Parlamentari ta’ matul il-lejl dwar l-Università Amerikana.
L-Opposizzjoni (ta’ kull żmien) dejjem tikkonverti u tidher mimlija qdusija sal-jum li tasal fil-Gvern, meta tinsa’ kollox!
Għax jekk tisma’ lil Simon Busuttil jitkellem malajr tifhem kemm hi kbira “l-indiema” tal-Opposizzjoni għad-dnubiet ambjentali tagħha. Għax Simon qalilna li ż-żewġ naħat għamlu l-iżbalji dwar l-ambjent fil-passat, iżda issa hemm bżonn li niġbdu linja.
Anke l-Labour għamel sforz kbir biex jagħti l-impressjoni li nqata’ mill-passat tiegħu. Avolja fi ftit xhur reġa’ beda miexi fuq l-istess passi.
Il-passat iridu jħassruh. Sfortunatament ġieli jirnexxielhom inessuh, imma l-iżbalji ħoxnin li saru għadna nbatu l-konsegwenzi tagħhom. Ta’ xejn jiġbdu l-linja.
Jekk min-naħa l-oħra tisma’ lil Joseph Muscat jitkellem taħseb li l-ekonomija issolvi kollox. Qatt ma smajtu jgħid li l-qerda ambjentali ta’ madwarna, li qed tikber bil-minuti, hi kkawżata mit-tkabbir ekonomiku bla rażan. Dan qed jeffettwa l-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll.
Dawn huma konsegwenzi tat-tmexxija minn żewġ partiti għal nofs seklu. Wieħed wara l-ieħor.
Huwa biss min għandu moħħ ta’ piżella, jew aħjar, għandu moħħ mimli piżelli, li ma jirrealizzax li t-tnejn li huma qed jippruvaw jgħaddu lil kulħadd biż-żmien. Għax min jitwieled tond, minkejja kull sforz, ma jmutx kwadru.
L-Opposizzjoni (ta’ kull żmien) dejjem tikkonverti u tidher mimlija qdusija sal-jum li tasal fil-Gvern, meta tinsa’ kollox!
This opening sentence took me back to the dim and distance past of the days just before the 1981 General Election. I was still resident abroad en if following local affairs rather closely. So I got the crazy idea of writing a small pamphlet called “A Floating Voter’s Guide to the Election”. This I duly did, made some 50 copies ( electronic publishing was just coming into its own at that time) and sent most of them to a member of my family to distribute, the carrier being a friend who had been staying with us during a bout of medical treatment in the UK. The last sentence was a comment on the election manifesto of the PN, replete with promises: The proposals look good but one must remember that (Christian Democratic) virtue is easily come by in Opposition. The real worth of any political party will be seen when in power: will it forget the “virtues” acquired in Opposition?
That apart, I would not agree that any party is doomed to re-cycle its history forever without hope of change. Difficult – possibly due to “ancestor” worship: note Simon Busuttil’s avoidance of blasting the 2003 PN agreement with the shanty people — but possible. Time scale is the great unknown; PN may need another heavy electoral defeat before any real conversion takes place.