F’Pariġi sar l-ewwel pass

Plan B

Nhar is-Sibt f’Pariġi rappreżentanti ta’ 200 pajjiż waslu fi ftehim dwar il-bidla fil-klima li ġie deskritt bħala wieħed ambizzjuz u li jagħti tama għall-futur. Bil-ftehim ta’ Pariġi ġie miftiehem li ż-żieda fit-temperatura ma taqbiżx b’iktar minn 2oC dik taż-żmien pre-industrijali fil-waqt li ser isiru sforzi biex possibilment iż-żieda l-anqas ma tasal sa 1.5oC.  Dan sar billi kull pajjiż intrabat individwalment biex jistabilixxi l-emmissjonijiet li jeħtieġ li jnaqqas biex jintlaħaq dan l-iskop.

Dawn l-ammont ta’ emissjonijiet ikunu reveduti perjodikament biex ikun assigurat li l-isforz ta’ kulħadd magħdud flimkien jgħin biex naslu għall-iskop komuni li jonqos it-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu fuq id-dinja.

Intlaħaq qbil li huwa meħtieġ investiment ta’ $100 biljun dollar biex ikunu mgħejjuna l-pajjiżi mhux sviluppati biex dawn ukoll ikunu f’posizzjoni li jaddattaw l-ekonomija tagħhom ħalli anke huma jagħtu l-kontribut tagħhom fit-tnaqqis tal-emissjonijiet mingħajr ma jħarbtu l-ekonomija dgħajfa tagħhom. B’hekk il-piz ikun jista’ jintrefa minn kulħadd għax min ma jiflaħx jiġi mgħejjun.

Il-ftehim ta’ Pariġi jorbot lil kull pajjiż li jistabilixxi hu l-emmissjonijiet tiegħu fil-futur iżda ma hemmx obbligu dwar kemm għandhom ikunu dawn l-emmissjonijiet. B’differenza mill-passat dan il-ftehim iħalli ħafna iktar diskrezzjoni f’idejn il-pajjiżi li iffirmawh u allura jiddependi ħafna iktar minn qatt qabel fuq il-volontà tal-pajjiżi individwali. Hawn qegħda d-diffikulta prinċipali tal-ftehim ta’ Pariġi: il-wegħdiet li għamlu s’issa l-pajjiżi individwali meta tgħoddhom flimkien m’humiex biżżejjed. Għad jonqos ħafna iktar x’isir.

Huwa għalhekk li l-għaqdiet ambjentali internazzjonali fil-waqt li huma sodisfatti li l-ftehim intlaħaq jenfasizzaw li dan għadu biss l-ewwel pass. Warajh iridu jiġu ħafna passi oħrajn li jekk ma jseħħux ma jintlaħaq xejn minn dak li ġie miftiehem.

Ma kienx faċli li jaslu sa hawn għax kienu diversi l-pajjiżi li baqgħu jkaxkru saqajhom, anke f’Pariġi. Pajjiżi bħall-Arabja Sawdita u l-Venezwela, produtturi ewlenin taż-żejt opponew kemm felħu. L-istess pajjiżi żviluppati argumentaw kontra l-prinċipju li jerfgħu l-piż tat-tniġġiż passat li wassal lid-dinja fil-posizzjoni diffiċli li tinsab fiha illum.

 

Jeħtieġ nifhmu li t-tibdil fil-klima diġa qiegħed magħna. Illum li (kif jgħidulna l-esperti) diġa qbiżna t-temperatura pre-industrijali bi 1oC u qed naraw b’għajnejna temp li qed jinbidel bin-natura tħarbat kull ma hawn madwarna.

Qed naraw xita li qed tonqos fil-frekwenza imma żżid fl-intensità, temperatura medja li qed togħla, silġ fil-poli u fuq il-muntanji li qed idub bil-konsegwenza li l-livelli tal-ibħra bdew jogħolew.

Diġa qed naraw b’għajnejna l-ħerba li qed tħalli warajha l-bidla fil-klima. Dan iżda għadu m’hu xejn ħdejn dak li jista’ jseħħ jekk il-pajjiżi kollha li nġabru u ftehmu f’Pariġi ma jwettqux dak li wegħdu. Għax l-effetti tal-bidla fil-klima huma serji ħafna.

Għalina f’Malta t-tibdil fil-klima jħalli impatt fuq saħħita, fuq l-ekonomija u anke bħala riżultat tal-għoli tal-livell tal-baħar il-kosta ta’ pajjiżna ukoll hi mhedda. Inżommu quddiem għajnejna li l-ogħli fil-livell tal-baħar jeffettwa l-faċilitajiet kollha kummerċjali u turistiċi li pajjiżna għandu mal-kosta, sviluppati tul is-snin bid-dedikazzjoni ta’ tant ġenerazzjonijiet li ġew qabilna.

Biex Malta tnaqqas il-kontribut tagħha lejn il-bdil fil-klima jeħtieġ li tkun inkoraġġita iżjed il-ġenerazzjoni ta’ enerġija alternattiva kif ukoll li jonqsu drastikament il-karozzi mit-toroq, permezz tal-użu ta’ mezzi differenti u alternattivi ta’ trasport u b’użu ikbar tat-trasport pubbliku. Hemm bżonn ukoll ta’ pjan fit-tul dwar kif tul is-snin ser innaqqsu l-emmissjonijiet mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq l-ekonomija. Dan jista’ jsir permezz ta’ dak li jissejjah Carbon Budget li jorbot lill-Gvern li jnaqqas id-dipendenza fuq iż-żjut billi jistabilixxi miri speċifiċi. Il-bidla li trid twassal għal tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili hija opportunità biex mhux biss nagħtu kontribut ikbar għat-tnaqqis tal-impatti fuq il-klima, imma ukoll biex ikollna arja nadifa, innaqqsu t-tniġġis u l-mard, kif ukoll biex nibnu ekonomija moderna li toffri sors ta’ għixien sostenibbli lin-nies.

Din hi l-unika triq.

pubblikat fuq iNews : it-Tnejn 14 ta’ Diċembru 2015

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s