Il-partiti politiċi fil-Parlament ħafna drabi ma jieħdux pjaċir jiftakru jew tfakkarhom fil-passat tagħhom. Jgħidulna biex il-passat inħalluh għax huma jridu jħarsu l-quddiem.
Hu obbligu tagħna li niftakru il-passat ukoll. Mhux biss għax il-passat hu l-mera tal-futur, imma, iktar minn hekk għax min il-bieraħ xejn ma ddejjaq jarmi l-prinċipji l-baħar, xejn m’hu ser jerġa’ jaħsibha biex għada (jekk ikollu l-opportunità) jerġa’ jagħmel l-istess.
Nhar il-Ġimgħa li għaddiet Simon Busuttil, il-Kap tal-Opposizzjoni, waqt id-diskussjoni organizzata mill-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja offra l-kooperazzjoni tal-Partit Nazzjonalista lill-Gvern biex jitneħħew l-irregolaritajiet tal-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa.
Dam jaħsibha 25 sena l-Partit Nazzjonalista. Kellu iċ-ċans kollu tad-dinja biex mhux biss jitkellem kontra l-irregolaritajiet tal-bini, imma seta ukoll ineħħihom. Imma sfortunatament fis-siegħa tal-prova il-PN beża’ milli jimxi sewwa. Fis-siegħa tal-prova, l-PN l-prinċipji rmiehom il-baħar, għax beża’ li jitlef il-voti.
Tista’ allura teħodhom bis-serjetà meta jitkellmu b’dan il-mod? Donnhom għadhom jaħsbu li jistgħu jibqgħu jgħaddu n-nies biż-żmien.
Kellna ex-Ministru li xi snin ilu kiteb fil-gazzetti li hu (fil-bidu tas-snin 90) kien ressaq quddiem il-Kabinett proposta biex il-boathouses illegali fl-Aħrax tal-Mellieħa jitneħħew. Imma l-Kabinett dakinnhar ma qabilx.
Huwa konvenjenti għall-PN li issa jitkellem kontra l-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa. Meta seta mhux biss jitkellem imma seta ukoll jieħu passi wasal għal ftehim magħhom bħalma għamel lejlet l-elezzjoni tal-2003. Dakinnhar għall-PN il-voti kienu iktar importanti mill-prinċipju li jimxi sewwa.
Minkejja dan kollu huwa ta’ sodisfazzjoni għal Alternattiva Demokratika li wara li ilha snin twal tikkampanja kontra l-bini illegali tal-boathouses fl-Aħrax tal-Mellieħa (Ramlet il-Qortin, l-Armier, Little Armier u t-Torri l-Abjad) issa anke l-Partit Nazzjonalista qed jgħid li kkonvinċa ruħu li ma jistax u m’ghandux jibqa’ jappoġġa dawn il-ħniżrijiet.
Ikun tajjeb, kieku l-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil jiddisassoċja ruħu mill-ftehim li kien għamel il-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni tal-2003 ma dawk li qegħdin fil-boathouses. Dak il-ftehim, tajjeb li niftakru, kien jipprovdi biex 26 ettaru (260,000 m2) ta’ art tal-Gvern fl-Aħrax tal-Mellieħa jgħaddu għand il-kumpanija Armier Developments Limited għal 65 sena (bi ħlas ta’ €366,000 fis-sena) biex ikunu żviluppati boathouses ġodda.
Hi ħasra li l-PN dam 25 sena biex fetaħ għajnjejh u ra d-dawl. Li fetaħom ftit snin ilu kien jagħmel ftit ġid. Issa sfortunatament il-ħsara laħaq għamilha.
Hu għalhekk li din il-konverżjoni ambjentali tal-Partit Nazzjonalista ma tikkonvinċi lil ħadd. Għax hi biss għal konvenjenza.
Kummentarju li xxandar fuq l-RTK it-Tnejn 7 ta’ Diċembru 2015
Why did Simon Busuttil, a lawyer to boot, offer PN help to a Prime Minister who has blithely aided and abetted law-breaking in installing Smart meters at the shacks? Do our politicians need “help” to observe the law?
Edward, what politicians on both sides of the house need is some backbone and some principles!
Well, just because in 1990 the PN dismissed the recommendation to get rid of the illegal boathouses, it doesn’t necessarily follow that the present PN doesn’t support the removal of the illegal boathouses. If we keep dragging up the past as an excuse, nothing will ever be accomplished. This issue needs the agreement of both parties. The Leader of the Opposition has offered his unconditional support to the government so it’s now up to the government to show some real leadership and run with it. No more excuses like there are other priorities. That’s simply an excuse to do nothing! It is ridiculous that in this day and age politicians seems to have no backbone and no principles to let such blatant illegalities go on year after year. The government should set up a bi-partisan committee and including NGOs to recommend a time-frame for removing all illegal boathouses. The government should also pass a law making those ho do not comply with an order to vacate or those who obstruct the removal of the illegal boathouses liable to criminal charges and hefty fines.
Not all boat houses are illegal some of them are legal. M.E.P. A. or other relevant authority have an air view photo of the legal boathouses, u to a particular day, month and year. It’s easy to separate the legal ones’ from the illegal ones’. It’s up to the government now to act.
The number of “legal” boathouses is insignificant.
Carm
Forget it that politicians will do anything to improve the environment. Today I passed through Armier Bay. I do not know what concessions have the present bars/restaurants, but most of the sand has been taken up. Considerable part of the bay is covered with sofas and easy chairs, complete with coffee table. Are these legal? Or is it another case of the powerful have full liberty to do what they like.
Joseph Falzon
Veru illi kif nghidu bil-Malti “Fuq il-passat m’hemmx kunsill”, ghax li sar sar. Imma l-aghar hu li l-hazin qed jirrepeti ruhu. Ghala qed jithalla li dan l-iskandlu jkompli jikber u sahansitra approvat mill-Awtoritajiet, jekk mhux kommess minnhom.
L-oxxenita hi illi sahansitra wasallna biex isir negozju minn art okkupata llegalment fejn din qed tinkera jew addirettura tinbiegh.
Nifhem li issa billi li hemm hemm, jistghu jittiehdu almenu passi korrettivi sabiex dawn l-artijiet jinghataw lura lil-pubbliku.
Ghal ma jigghix impost li dawn l-okkupazzjonijiet ma jitallewx li jsir kummerc minnhom, p.e:
i) dawn ma jistghux jintirtu
ii) ma jistghux jinkrew/jisselfu
iii) ma jistghux jinbieghu
U allura wara li jitgawdew mill-okkupanti prezenti jerghu jaqghu ghand il-poplu, f’idejn il-Gvern.
M’ahniex kapaci naraw car!!!
Joseph M. Cachia