Marsaskala teħtieġ il-latrini

Sadeen clientelism

 

Ma nafx kif ma staħax is-Sindku ta’ Marsaskala iħabbar waqt laqgħa tal-Kunsill li wasal fi ftehim mal-Grupp Sadeen li ser jibni l-uffiċini l-ġodda tal-Kunsill fi Ġnien Santa Tereża. Il-Grupp Sadeen qed jippjana li jibni l-Università Amerikana taż-Żonqor

Jidher li is-Sindku wasal fi ftehim dwar iktar għajnuna din id-darba infrastrutturali: fosthom il-bini ta’ żewġ latrini.

Ovvjament jidher li ser ikun hemm bżonnhom il-latrini f’Marsaskala.

 

 

 

Meta l-MEPA tiftaħ għajnejha

freeport.aerial viw

 

Il-bieraħ kont preżenti għal-laqgħa tal-Bord tal-MEPA fejn fost affarijiet oħra ġew diskussi żewġ applikazzjonijiet dwar il-Port Ħieles. Kont qed nassisti lill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.

Waħda minn dawn l-applikazzjonijiet kienet biex isir xogħol ta’ dredging ħdejn il-moll tal-Port Ħieles l-iktar viċin tar-residenti ta’ Birżebbuġa (West Quay ta’ Terminal 1). L-oħra kienet dwar l-istallazzjoni ta’ krejnijiet ġodda ta’ għoli ta’ 140 metru.

Il-krejnijiet  il-ġodda għall-ewwel kienu destinati biex jitqegħdu fuq il-West Quay ta’ Terminal 1 ukoll. Imma wara li l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u bosta residenti oġġezzjonaw għal dan, il-MEPA insistiet mal-Port Ħieles li post il-krejnijiet kellu jinbidel għax dak propost ma kienx aċċettabbli.

Il-maniġment tal-Port Ħieles aċċetta li l-krejnijiet jitqegħdu iktar il-bogħod mir-residenzi f’Birżebbuġa.

Bħala riżultat ta’ dan, il-konsegwenza logika kienet waħda ovvja : jekk il-krejniet ma kienux ser jitqegħdu fil-West Quay ta’ Terminal 1 xi ħtieġa kien għad baqa’ li jsir ix-xogħol tad–dredging?  Ir-residenti  kellhom id-dritt li jkollhom insurance minn attività fil-Port Ħieles li toħloqilhom inkonvenjent.  Dan il-permess li kienu qed jitolbu l-Port Ħieles ma kienx hemm iktar bżonnu.

Jiena ma ridtx nemmen lil widnejja iktar tard meta b’vot unanimu l-Bord tal-MEPA iddeċieda favur Birżebbuġa meta qal le għal iktar xogħol ta’ dredging fil-Port Ħieles. Flimkien miegħi taw kontribut kbir fid-diskussjoni s-Sindku ta’ Birżebbuġa Kevin Barun, il-predeċessur tiegħu r-“Ricky” Joseph Farrugia u l-Onor. Marlene Farrugia u John Grech mill-għaqda ambjentali Birżebbuġa Environmental Action Group.

L-applikazzjoni dwar il-krejnijiet waqfet ukoll u dan minħabba li hemm bżonn li l-parir tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili jkun wieħed ċar. S’issa jidher li dawn qed iduru mal-lewża għax il-krejnijiet huma għoljin wisq u x’aktarx li jinfdu l-flightpath riżervat għall-ajruplani. Jekk dan hu hekk jista’ jkun ta’ periklu.

Jiena għalija din kienet esperjenza ġdida. Ma nafx lill-MEPA taħdem b’dan il-mod. Is-soltu tibqa’ għaddejja qiesha romblu minn fuq id-drittijiet tar-residenti. Jidher li l-bieraħ il-MEPA fetħet għajnejha beraħ.

Nittama li ma tagħlaqhomx iktar. Għax meta l-MEPA tiftaħ għajnejha hemm ċans tajjeb li dan jirrifletti ruħu fi kwalità ta’ ħajja aħjar għalina lkoll.

Mhux biss f’Birżebbuġa, iżda kullimkien.

Min tafu, ssaqsix għalih

Malta Parliament

 

Marlene Farrugia m’hiex l-ewwel membru parlamentari li ma baqgħetx tappoġġa lill-partit li ġiet eletta miegħu u f’ismu.

Kellna diversi membri parlamentari oħra, li, fil-passat għamlu l-istess għal diversi raġunijiet.  Ħa nsemmi żewġ eżempji.

Kurunat Attard (missier Ġovanna Debono) fl-1962 kien wieħed mill-4 membri parlamentari li eleġġa l-Partit  Demokratiku Nazzjonalista ta’ Herbert Ganado. Fl-ewwel seduta tal-parlament wara l-elezzjoni ġenerali tal-1962,  irriżenja mill-partit ta’ Ganado u issieħeb mal-Partit Nazzjonalista. Bis-siġġu tiegħu, il-PN, dakinnhar fil-Gvern, kellu maġġoranza parlamentari ta’ 26 minn 50. Mingħajru ma kellux. Is-siġġu ta’ Kurunat Attard, il-Partit Nazzjonalista dakinnhar żammu.

Alfred Baldacchino kien daħal fil-Parlament mal-Partit Nazzjonalista fl-1973 b’bye-election wara l-mewt ta’ Tommy Caruana Demajo. Ftit wara, qasam il-Kamra. Il-Partit Laburista fil-Gvern, dakinnhar kellu bżonn il-vot tiegħu għax mingħajru ma kienx hemm is-saħħa numerika biex tkun emendata l-Kostituzzjoni fl-1974. Is-siġġu ta’ Alfred Baldacchino, dakinnhar,  il-Partit Laburista żammu ukoll.

Dan apparti l-kaz ta’ Jeffrey Pullicino Orlando, li hu wieħed riċenti.

Marlene Farrugia, li qalet li ser tibqa’ indipendenti, rriżenjat minħabba l-posizzjoni li qed jieħu l-Partit Laburista dwar l-ambjent.

Sadanittant, il-PN, bid-dmugħ tal-kukkudrilli, qiegħed jipprova jikkonvinċi li hu biss jista’ jsalva lill-Malta mill-qerda ambjentali.  Kull min hu moħħu f’postu jaf li tal-PN qed jippruvaw jgħaddu n-nies biż-żmien, għax fis-siegħa tal-prova l-PN fil-Gvern mexa mod ieħor.

Nafu li Marlene, fuq punt ta’ prinċipju ivvutat favur l-emendi tal-Opposizzjoni. Għamlet sewwa. Dwar xi ħsibijiet iktar għandha, ma nafx. L-anqas ma naf safejn hi lesta li tafda.

Jiena, da parti tiegħi, lil min nafu m’għandix għalfejn nistaqsi għalih.

Ir-riżenja ta’ Marlene: għax il-Labour ma jridx jisma’

Marlene Farrugia

Marlene Farrugia irriżenjat mill-Partit Laburista. Għalkemm dan seħħ il-bieraħ, hi aħbar li min isegwi ix-xena politika ilu jxomm li kienet ġejja. Ir-raġuni hi ukoll ċara. Il-veduti tagħha dwar l-ambjent u dwar il-governanza jikkontrastaw ma dawk tal-partit.

Ma hemm l-ebda sorpriża dwar dan.

Simon Busuttil qalilna li l-Moviment beda jixxaqqaq. Mario de Marco, iktar kawt (u jibni inqas kastelli fl-ajru), jgħid li ir-riżenja ta’ Marlene Farrugia hi “wake-up call”, sinjal għal Gvern li ma jridx jisma’.

Ir-riżenja seħħet wara li Marlene Farrugia ivvutat favur emendi għall-abbozz ta’ liġi dwar l-ambjent li tressqu mill-Opposizzjoni. Hu interessanti li l-emendi li ressqet l-Opposizzjoni kienu jinkludu proposta ikkupjata mill-Manifest Elettorali ta’ Alternattiva Demokratika: li qabel mal-Gvern jaħtar iċ-Charman tal-awtorità ambjentali, għandu jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament. L-emendi m’għaddewx.

Ir-riżenja ta’ Marlene tfisser li hi qatgħet qalbha li l-Partit Laburista jimxi mal-Manifest Elettorali tiegħu stess favur transparenza u iktar serjetà fil-governanza ambjentali.

Kulħadd għandu jirrikonoxxi li matul dawn is-sentejn u nofs li għaddew Marlene tat kontribut biex tipprova tissensibilizza lill-Partit Laburista dwar il-ħarsien tal-ambjent. Sfotunatament ma jridx jisma’ u jitgħallem.

Għad jiddispjaċih, imma dakinnhar ikun tard wisq.

Idea stupida dwar il-festi pubbliċi

festa

 

It-Tabib Franco Mercieca, l-Membru Parlamentari Għawdxi f’artiklu tal-bieraħ ippubblikat fit-Times qal li qed jikkonsidra li jressaq il-quddiem proposta biex uħud mill-festi pubbliċi li jiġu fost il-ġimgħa jkun ikkunsidrat jekk jiċċaqalqux għal nhar ta’ Tnejn, speċi tal-bank holidays Ingliżi. B’long weekend, jgħid Franco Mercieca, l-ekonomija tmur aħjar, b’mod partikolari dik Għawdxija.

Issa l-festi pubbliċi f’Malta huma dawn :

1 ta’ Jannar                         L-ewwel tas-sena

10 ta’ Frar                            San Pawl

19 ta’ Marzu                       San Ġużepp

Marzu/April                        Il-Ġimgħa l-Kbira

31 ta’ Marzu                       Jum il-Ħelsien

1 ta’ Mejju                          Jum il-Ħaddiem

7 ta’ Ġunju                          sette gunio

29 ta’ Ġunju                       l-Imnarja

15 t’Awwissu                     Santa Marija

8 ta’ Settembru                Il-Vitorja

21 ta’ Settembru              Jum l-Indipendenza

8 ta’ Diċembru                   Il-Kunċizzjoni

13 ta’ Diċembru                Jum ir-Repubblika

25 ta’ Diċembru                Il-Milied

 

Franco Mercieca jgħidilna li huwa jaf li uħud mill-festi pubbliċi huma marbutin ma festi reliġjużi tradizzjonali u allura għandhom jibqgħu jiġu ċċelebrati f’nharhom. Isemmi l-festi ta’ San Pawl, San Ġużepp, l-Imnarja, Santa Marija u l-Vitorja. Naħseb li nesa l-Kunċizzjoni, nhar it-8 ta’ Diċembru.

X’jibqa’?

Jibqa’ l-1 ta’ Jannar: mur arana niċċelebraw l-ewwel jum tas-sena fid-29 ta’ Diċembru! Inkella niċċelebraw Jum il-Ħaddiem fis-27 t’ April, per eżempju.

Inkella, skond it-tabib Franco Mercieca, nispiċċaw niċċelebraw il-Milied fil-21 ta’ Diċembru.

Ovvjament, ma jafx x’inhu jgħid! Għax il-festi pubbliċi Maltin huma kollha marbutin ma ġurnata partikolari. Jekk iċċaqlaqhom mill-jum tagħhom ma jibqgħux jagħmlu sens.

 

F’Paceville: min għalaq għajnejh?

Paceville incident 14.15.11.15

L-inċident tas-Sibt f’Paceville huwa tat-tkexkix. Jinkwetani ukoll bħala missier. Għax dejjem b’imsarni f’saqajja meta uliedi jgħiduli li sejrin Paceville!

Inkiteb ħafna dwar x’wassal għall-inċident.

Meta tqis kollox jidher li n-nuqqas ta’ moniteraġġ huwa l-kawża ta’ kollox.

Issemmew emergency exits li ma ħadmux. Issemmew żgħażagħ taħt l-età li kienu hemm meta ma kellhomx.

Min joħroġ il-permessi għal dawn l-istabilimenti x’qiegħed jagħmel biex jassigura li l-kundizzjonijiet fil-permessi jkunu osservati?

F’Mejju 2012 il-Parlament Malti permezz tal-Kumitat għal Affarijiet Soċjali ippubblika rapport : 8th Committee Report  Lejn Iktar Sigurta’ u Bon Ordni f’Paceville (More security and order in Paceville) li jelenka numru ta’ suggerimenti li safejn naf jiena baqgħu fuq l-ixkaffa.

Għamlet tajjeb il-Membru Parlamentari Deborah Schembri il-lejla li tat lista twila ta’ inċidenti li seħħew f’Paceville tul is-snin. Għax il-problemi ilhom magħna snin kbar. Għafejn ilna dawn is-snin kollha nagħlqu għajnejna?

Nittama li niftħuhom sewwa, illum qabel għada.

Riflessjoni, wara l-massakru ta’ Pariġi

eiffel peace symbol

 

It-total tal-vittmi qiegħed jiżdied. Fil-ħin li qed nikteb, in-numru ta’ mejtin huwa ta’ 129,  b’352 feruti, 99 minnhom gravi ħafna.

Dan hu t-tieni massakru f’ Pariġi: l-ieħor seħħ f’Jannar.

Sebgħa mit-terroristi nvoluti huma mejta, it-tmien wieħed kif ukoll numru ta’ persuni assoċjati magħhom huma preżentment imfittxija.

L-attakk ta’ nhar il-Ġimgħa kien wieħed simboliku: kien attakk fuq il-valuri li Franza u Pariġi jirrappreżentaw. L-attakk seħħ fl-istess żona li fiha hemm l-uffiċini ta’ Charlie Hebdo [il-mira tal-attakk l-ieħor f’Jannar] kif ukoll infirex fiż-żona li fiha jsiru id-dimostrazzjonijiet Pariġini.

Ilkoll kemm aħna ixxukkjati b’dak li ġara. Avolja minn dak li nisimgħu ilna nistennew dan it-tip ta’ inċident.

Franza iddikjarat stat ta’ emergenza. F’Malta ġie estiż is-sospensjoni tar-regoli tas-Schengen biex dan issa jibqa’ sejjer sa wara li jintemm is-Summit taċ-CHOGM.

L-attakk fuq il-moviment ħieles tal-persuni fiż-żona Schengen ilu li beda. Intensifika mal-mewġa kurrenti ta’ migrazzjoni mis-Sirja. Wara Pariġi bla dubju dan l-attakk ser ikompli jintensifika.

L-ikbar rebħa tat-terroriżmu jkun jekk jirnexxielu jnissel il-biża’ fit-tul. Biża’ li jekk isseħħ tkompli tnaqqar it-tolleranza u s-solidarjetà.

Bla dubju jeħtieġ li noqgħodu attenti, kemm aħna ċ-ċittadini, imma iktar minnha l-awtoritajiet. Huwa neċessarju imma li ma nħallux il-biża’ tirkibna għax bħala konsegwenza ningħalqu f’gaġġa.

Huwa żmien ta’ riflessjoni favur il-paċi u s-solidarjetà, il-messaġġ ta’ Jean Julie il-karikarturista li pinġa l-karikatura riprodotta hawn fuq.

Il-vjolenza ma tiġġielidiex bil-vjolenza iżda bid-disponibilità ta’ kull wieħed minnha favur il-paċi u bit-tixrid ta’ kultura ta’ solidarjetà. Dan mhux faċli meta qed ngħumu f’baħar ta’ indifferenza. Inċidenti bħal dan jixxokkjawna, imma forsi jġibu lil uħud f’sensihom u jgħinhom biex inaqqsu l-indifferenza għas-sofferenzi madwarna.

Eiffel lights the way

ippubblikat fuq iNews, it-Tnejn 16 ta’ Novembru 2015

The recycled summit

leaders-of-the-european

 

The Valletta Migration Summit is over. Prime Minister Joseph Muscat has described it as a ‘historic summit’. It seems to me that it would be more accurately described as the ‘recycled summit’.

In one of the last speeches at the Summit, on Thursday morning, Senegalese President Macky Sall encapsulated in a few words the sentiments of the African side when he stated that African nations would have no need of aid if multinationals corporations active on the African continent paid their fair share of taxes and a fair price for the natural (African) resources. Of course President Sall left out an important last sentence: he avoided any reference to corrupt politicians generally in sync with these multinational corporations.

Earlier in the week had seen the 20th anniversary of the judicial killing of environmental activist Ken Saro Wiwa and his colleagues, who were executed on the orders of a secret military tribunal on the basis of trumped-up charges in Nigeria on 10 November 1995. Ken Saro Wiwa and his colleagues had  stood up in defence of the Ogoni people against Anglo-Dutch multinational Shell, who ignored one and all in its intensive corporate greed.

The conclusions of the Valletta Summit are nothing but a re-cycling of measures that have been discussed for some time: EU leaders have continued to focus on returning migrants and outsourcing problems to frontline states. This is an approach that the EU had previously attempted with Libyan dictator Gaddafi who, way back in 2010, had demanded €5 billion as his price-tag to stem the flow of immigrants across the Mediterranean. In contrast, the initial carrot dangled before African heads of state was a mere €1.8 billion. Another €3 billion was simultaneously being offered to Turkey by Frans Timmermans Vice President of the EU Commission.

Bargaining with non-EU countries in the hope of trading EU funds in return for re-admission mechanisms is not the right approach. The original EU proposal of linking funds to a take-back of immigrants who did not qualify for asylum had to be withdrawn as the African side of the Summit refused the bait.

The causes of immigration into the EU are various. They range from repression and civil war to the accumulating impacts of climate change – primarily drought and the resulting collapse of domestic agriculture. Matters are made worse as a result of tribal rivalry, as well as the absence of the strong institutions of a democratic state. Consequently, the resulting vacuum is filled by corrupt politicians who, after taking their fill from accommodating multinational corporations seek to top up their spoils through additional contributions from Brussels.

The situation is tricky for the EU as there is no one else to talk to. It is for this reason that the Action Plan tied the proposed €1.8 billion assistance to specific projects subdivided into sixteen priority areas built around five priority domains.

Will this Action Plan solve anything? It is too early to tell, as it is a long-term issue which will be implemented within a number of timeframes specified in the plan itself. The main point of contention remains the immediate short term, during which the pressures on the EU borders will keep increasing to the point that, as Donald Tusk indicated, the whole Schengen process is under threat.

In this context it is pertinent to underline that Malta has recently been spared the troubles as the flow of immigrants ending in Malta has decreased to a trickle as a result of Italy taking up all immigrants that it has intercepted or rescued in Malta’s search and rescue area. The reasons why Italy is behaving in this manner are not yet officially known: the rumour mill has it that oil exploration rights are part of the equation. Originally, Home Affairs Minister Carmelo Abela had indicated that there was some informal agreement with Italy only for him to come back and state that he had been understood.

As stated by Guy Verhofstadt, former Belgian Prime Minister and Liberal leader in the European Parliament : “The EU leaders have let us down.”

While the Valletta Summit has agreed to a reasonably detailed Action Plan which can form the basis of action in the long term, it has failed at containing the migration crisis in the short term.

published in The Malta Independent on Sunday: 15 November 2015

Valletta Summit: falliment?

valletta-2015

Il-laqgħa fi gżiritna biex jissaħħaħ il-proċess ta’ djalogu dwar il-migrazzjoni, hu pass il-quddiem. Prosit lil kull min ta’ sehemu fl-organizzazzjoni ta’ dan is-Summit.

Pero, minkejja dan, is-Summit wera li l-flus ma jsolvux il-problemi.

 Ir-realtà tibqa’ waħda: ma hemm l-ebda ċans li tieqaf il-migrazzjoni illegali sakemm ma jinfetħux il-possibilitajiet għall-migrazzjoni legali u bl-ordni. Dan hu pass neċessarju biex l-immigranti ma jibqgħux jipperikolaw ħajjithom. Dan hu dak li jixtiequ l-pajjiżi Afrikani. Imma fl-istess waqt dan hu dak li ma jridux l-istati Ewropej, għax jibżgħu mill-konsegwenzi politiċi. Ir-reżistenza li hemm m’hiex waħda żgħira. F’dan is-sens, is-Summit kien falliment.

Il-migrazzjoni eżistiet minn dejjem u ħadd ma hu ser izommha jew iwaqqafha. Illum, id-dinja saret pajjiz wieħed, iktar minn qatt qabel.  Imma fis-Summit , l-Unjoni Ewropeja baqgħet tipprova, bla suċċess, tmexxi l-quddiem l-idea ta’ Ewropa fortizza.

Il-bniedem jiċċaqlaq minn pajjiż għall-ieħor biex jaħrab mill-persekuzzjoni, jew minħabba nuqqas ta’ ħtiġijiet bażiċi biex jgħix ħajja diċenti. Għandna lil min hu imbuttat min-nixfa, minn agrikultura li qed tikkrolla inkella minn gwerra ċivili. Jaħarbu minn tbatija kbira.

It-tmexxija korrotta f’diversi pajjiżi Afrikani ma tispirax fiduċja għal ġejjieni li jipprometti. Għax wara li l-Ewropej serqu kullma sabu minn diversi kolonji Afrikani li kellhom, l-ftit li baqa’ tberqaq jew qiegħed jitberbaq.

M’huwiex faċli l-anqas li xxettel id-demokrazija f’pajjiżi fejn il-lealtà prinċipali hi lejn it-tribú. Sfortunatament id-demokrazija m’għandhiex egħruq f’dawn il-pajjiżi Afrikani.

It-triq hi diffiċli. Imma huwa essenzjali li l-ħajja ta’ bnedmin tad-demm u l-laħam ma tibqax fil-periklu.

Il-pjan ta’ azzjoni hu ta’ għajnuna. Il-fond ta’ kważi żewġ biljun ewro flimkien ma dak li ser iżidu miegħu l-pajjiżi individwali, huwa pass il-quddiem.

L-ewwel pass minn ħafna oħrajn.

Malta u Għawdex huma mimlija b’dixxendenti ta’ immigranti. Għax Malta dejjem kienet ħanina ma min kien jeħtieġ l-għajnuna.

Imma dan l-ewwel pass kien żgħir wisq għax il-qalb ta’ bosta għadha iebsa ma min jeħtieġ l-għajnuna. Il-flus li l-Unjoni Ewropeja qed toffri jistgħu jtaffu l-qagħda ħażina f’uħud mill-pajjiżi. Imma l-problema ma jidhirx li ser tissolva fil-futur immedjat għax it-traġedja ta’ bnedmin maħruba li jitilfu ħajjithom fil-ħarba ser tibqa’ magħna sa mal-pajjiżi kollha Ewropej jiftħu id-dirgħajn tas-solidarjetà umana u jibdew jittrattaw lill-immigranti ta’ bnedmin u mhux ta’ numri. Kulħadd jeħtieg li jagħti sehemu, mhux biss flus, iżda l-iktar imħabba u solidarjetà.

Is-Summit ipprova jixtri l-kooperazzjoni tal-pajjizi Afrikani. Iżda dawn beżqu fis-sunnara. F’dan is-sens is-Summit kien falliment. Ta’ l-inqas il-Gvern ta’ Malta m’għadux favur il-pushbacks!

Il-Freeport il-fuq mil-liġi ?

Hisilicon K3

Bħal-lum ġimgħa, nhar il-Ħamis 19 ta’ Novembru 2015 il-Bord tal-MEPA ser jiddiskuti u jiddeċiedi dwar applikazzjoni tal-Freeport biex jiġu stallati krejnijiet ġodda, li għandhom għoli ta’ 140 metru (30 metru iktar minn dawk li hemm illum).

Għad ma ittieħditx deċżjoni mill-Bord tal-MEPA imma l-krejnijiet diġa tqegħdu fuq il-post.

Il-Freeport jippretendi li jagħmel li jrid? Li huwa l-fuq mil-liġi? Meta inti li qed taqra dan l-artiklu tibni xi kamra żgħira, tibni xi ħajt jew tiftaħ biċċa ta’ tieqa qabel ma joħrog permess kemm idumu ġejjin enforcement officers iwaħħlu l-karti mal-ħitan u jagħtu l-ordnijiet? U l-Freeport?

Forsi tagħmel tajjeb il-MEPA li twaħħalhom multa tajba, u żżidha mad-€955,000 li l-Freeport ser ikunu obbligati li jagħtu għal  xogħol ta’ titjib f’Birżebbuġa.