Il-ġrajja tat-tigra fil-kumpless ta’ Montekristo hi xhieda ta’ kemm l-awtoritajiet f’dan il-pajjiż saru ma jiswew xejn.
Sentejn ilu sar show f’Ħal-Farruġ mill-MEPA: suldati, pulizija u x’naf jien. Kienu qalulna li qed jindirizzaw l-irregolaritajiet. Anke pulizija armati kien hemm.
Is-show ta’ sentejn ilu ma sewa għalxejn. Kien biss karnival. Kullma ġara kien li kien ikkonfermat dak li kulħadd jaf : li l-awtorità f’Malta hi b’saħħitha ma min hu dgħajjef u dgħajfa ma min hu b’saħħtu.
Dakinnhar kellna ħafna skużi u apoloġiji: kellna lin-nagħġa ta’ Montekristo.
Il-kaz ta’ tmiem il-ġimgħa hu rifless tal-qagħda tal-partiti politiċi fil-Parlament: apparti ftit show kultant, kollox jgħaddi.