Bħal-lum ġimgħa, nhar il-Ħamis 19 ta’ Novembru 2015 il-Bord tal-MEPA ser jiddiskuti u jiddeċiedi dwar applikazzjoni tal-Freeport biex jiġu stallati krejnijiet ġodda, li għandhom għoli ta’ 140 metru (30 metru iktar minn dawk li hemm illum).
Għad ma ittieħditx deċżjoni mill-Bord tal-MEPA imma l-krejnijiet diġa tqegħdu fuq il-post.
Il-Freeport jippretendi li jagħmel li jrid? Li huwa l-fuq mil-liġi? Meta inti li qed taqra dan l-artiklu tibni xi kamra żgħira, tibni xi ħajt jew tiftaħ biċċa ta’ tieqa qabel ma joħrog permess kemm idumu ġejjin enforcement officers iwaħħlu l-karti mal-ħitan u jagħtu l-ordnijiet? U l-Freeport?
Forsi tagħmel tajjeb il-MEPA li twaħħalhom multa tajba, u żżidha mad-€955,000 li l-Freeport ser ikunu obbligati li jagħtu għal xogħol ta’ titjib f’Birżebbuġa.
This business reminds me of the time people were casting around for a new power station in 1989-90. Hal Far was a possible site but was ruled out because the stack, at that time around 80m in height was reckoned to be a danger to aircraft landing on the main Luqa runway; someone calculated a 1 in 10000 risk of an accident. Now we are installing a row of 140m high cranes with no worries at all. Times do change.
Heq l izvilup dak li jgib qerda ijien ilni nejd li birzebbugia gejja flok il menqa tal marsa