Transport Malta w t-tappini ta’ Triq il-Kosta

road studs Coast Roadkarozza fis-cycle lane

Fi Triq il-Kosta, Transport Malta waħħlet numru ta’ tappini bojod fil-passaġġ riżervat għar-roti (cycle lane). Dawn it-tappini (road studs) huma mwaħħla b’mod li jnaqqsu l-wisa’ effettiv tal-passaġġ riżervat għar-roti.

Dawn it-tappini twaħħlu mingħajr ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni bejn Transport Malta u l-għaqdiet taċ-ċiklisti. Dan in-nuqqas ta’ konsultazzjoni ser iwassal għal periklu għaċ-ċiklisti.

Triq il-Kosta minn dejjem kienet waħda mit-toroq ewlenin għal min jipprattika ċ-ċikliżmu. It-tqegħid ta’ dawn it-tappini fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-passaġġ riżervat għar-roti qed joħloq periklu kbir għaċ-ċiklisti, anki għaliex ċekknu l-wisa’ tal-istess passaġġ.  Allura, meta jkun hemm xi ostaklu fil-passaġġ, iċ-ċiklisti mhux biss ikollhom isuqu fuq it-tappini biex jevitaw dan l-ostaklu iżda wkoll ikun iktar diffiċli u perikoluż għalihom li jaqbżu xi karozza li tkun wieqfa abbużivament fuq il-passaġġ riżervat ghar-roti.

Kif qalet Dr Claire Azzopardi-Lane, kelliema ta’ Alternattiva Demokratika għall-Isports, kieku Transport Malta riedet tħares liċ-ċiklisti, dawn it-tappini kienu jitpoġġew barra mil-linja li timmarka l-passaġġ rizervat għaċ-ċiklisti. B’hekk kienet tkun enfasizzata l-linja li s-sewwieqa tal-karozzi għandhom joqgħodu attenti li josservaw u allura jżommu d-distanza mill-passaġġ rizervat għaċ-ċiklisti.

Imma Transport Malta waħħlet it-tappini b’mod differenti bil-konsegwenza li flok ma tħares liċ-ċiklisti, qed tpoġġihom fil-periklu.

Advertisements

4 comments on “Transport Malta w t-tappini ta’ Triq il-Kosta

  1. Bicycle lanes mhumiex ghac ciklisti biex jippratikaw l-sport taghhom, imma ghal dawk li jixtiequ juzaw ir-rota bhala mezz ta trasport! Dawk ic-ciklisti li juzaw it-toroq Maltin ghat training taghhom, xorta jkollhom juzaw it-triq.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s