Stennejt xi ħaġa aħjar minn Simon Busuttil

 

good_governance

Fid-diskors tal-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil bi tweġiba għall-baġit issemmew qraba ta’ politiċi u dan in konnessjoni ma ħatriet f’Bordijiet fis-settur pubbliku.

Dak li ser ngħid m’huwiex rifless la fuq l-integrità tal-politiku u l-anqas tal-qarib jew qariba.

Huwa ħażin, fl-opinjoni tiegħi, li argument validu favur tmexxija tajba (good governance) jiddawwar f’battibek li jipprova jagħti l-impressjoni ta’ nuqqas ta’ integrità, b’mod partikolari meta ma hemm xejn li jagħti l-iċken indikazzjoni ta’ dan.  Għalhekk naħseb li l-Kap tal-Opposizzjoni qiegħed il-kliem b’mod żbaljat u b’hekk il-kontribut tiegħu għal diskussjoni serja dwar din il-materja kien wieħed kompletament inkorrett. Stennejt xi ħaġa aħjar minn Simon Busuttil.

Din mhiex l-ewwel darba li qraba ta’ politiċi kienu taħt l-ispotlight. Hi issue li tista’ tinqala’ minn żmien għal żmien kważi taħt kull amministrazzjoni.  Il-mistoqsija ta’ dejjem hi dwar fejn għandha tinqata’ linja.

Il-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri, per eżempju, fir-regola 23 tiegħu jinsisti li safejn hu possibli l-Ministri (u allura anke s-Segretarji Parlamentari) għandhom jevitaw li jappuntaw qraba bħala membri tas-segretarjat privat tagħhom.

Safejn naf jiena dik hi l-unika limitazzjoni bil-kitba li hemm dwar ħatriet ta’ qraba ta’ politiċi f’Malta. Ma jfissirx imma li ħatriet oħra jistgħu jsiru, iżda jfisser li jekk ikunu ikkunsidrati għal xi ħatra oħra għandu jkun hemm attenzjoni kbira. Bil-fatt li l-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri kważi jeskludi l-ħatriet tal-qraba mis-segretarjat privat tal-Ministru (u tas-Segretarju Parlamentari) qed jingħata messaġġ ċar li l-politiku m’għandux jaħtar lill-qraba tiegħu bħala l-għajnejn u l-widnejn tiegħu fid-dikasteru li għalih huwa responsabbli. Ir-raġuni għal dan hi ċara: id-demm qatt ma jsir semm. Il-lealtà familjari, fil-ħajja pubblika, hi ostaklu għal tmexxija tajba.

Meta qraba ta’ politiċi li jkollhom is-setgħa eżekuttiva jinħatru f’Bordijiet fl-istess Ministeru tal-politiku qarib tagħhom, jinħoloq konflitt ta’ interess reali bejn il-lealtà familjari u l-lealtà lejn id-dover pubbliku. Tipprova kemm tipprova tegħleb dan il-kunflitt, dan dejjem ser jibqa’ hemm. Huwa kunflitt reali li jitfa’ dell bla bżonn fuq il-ħidma tal-persuna li tinħatar. Għalhekk biss, kapaċi kemm ikun jew kemm tkun, dawn il-ħatriet m’għandhomx isiru u dan fl-interess tal-amministrazzjoni pubblika korretta.

Qiegħed nillimita ruħi għal ħatriet li jkunu fl-istess qasam ta’ responsabbiltà tal-politiku għax ħatriet f’oqsma oħra, anke ta’ qraba ta’ politiċi, m’għandhomx ikunu imwarrba sempliċiment għax huma qraba. Pajjiżna hu żgħir wisq u ma jistax jeskludi wisq nies minn ħatriet ta’ din ix-xorta.

Il-qarib tal-politiku li jingħata ħatra fl-istess Ministeru tal-qarib tiegħu jew tagħha qatt ma jista’ jkun gwardjan effettiv tal-interess pubbliku. Id-demm qatt ma sar semm. U mhux ser jibda illum.

Advertisements

2 comments on “Stennejt xi ħaġa aħjar minn Simon Busuttil

  1. Simon Busuttil semma tnejn jew tlett kasijiet ta’ qraba ta’ membri tal-Kabinett impjegati maghhom. Biss qabel semma ruxxmata nies — kollha jew kwazi darba kienu tal-One TV, li mirakolosament sabu impieg ta’ fiducja imhallas tajjeb ma xi ministru jew PS. Dan kif ghidt int kien kliem f’waqtu. Qabel ghidt li ma hemm l-ebda hjiel ta’ nuqqas ta’ integrita fl-appuntamenti tal-qraba, biex komplejt targumenta li f’dawn il-kasijiet billi id-demm ma jsirx semm l-appuntat ma jista qatt impoggi l-interess publiku qabel l-interess “familjari”. Ghax mhux bil-miktub, dan mhux xorta wahda nuqqas ta’ integrita? U ghalhekk ma jidholx fl-ghalqa tal-good governance?

    • Ma tistax tpoġġi lil kulħadd fl-istess keffa.
      Jiena nifhem il-ħatra ta’ persuni f’ “position of trust” meta l-ħatra tkun fis-Segretarjat Privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari. Id-diffikultà tinħoloq meta din il-position of trust tkun estiża b’mod massiċċ f’kull qasam tas-servizz pubbliku.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s