Kultant meta tisma’ lil Simon Busuttil jitkellem taħseb li qed jipprova jgħaddik biż-żmien. Għax jipprova jmeri is-sewwa magħruf, f’wiċċek. Hekk għidt meta smajtu jgħid li mhux korett li jingħad li l-problema tat-traffiku ġejja mill-passat.
Jew hekk inkella huwa stupidu, u stupidu ovvjament mhux.
Jekk irid ikun onest, kif tant jiftaħar u jinsisti, għandu l-ewwel u qabel kollox jibda jitkellem b’mod onest.
Il-problema tat-traffiku waslet fl-istat attwali tagħha fuq tul ta’ żmien. Riżultat ta’ nuqqas ta’ deċiżjonijiet kif ukoll riżultat ta’ deċiżjonijiet ħżiena.
Il-kollass kważi totali tat-trasport pubbliku tul is-snin kien kontribut ewlieni għal dan għax minħabba dan il-kollass qatt ma kellna alternattiva ta’ mobilita sostenibbli f’dan il-pajjiż. Ċertament li t-trasport pubbliku ma ikkollassax f’dawn is-sentejn u nofs. Il-froġa tal-Arriva l-anqas ma saret f’dawn is-sentejn u nofs.
Intqalu ħafna affarijiet fid-dibattitu dwar it-traffiku fil-Parlament il-bierah. Uħud jagħmlu sens u oħrajn li ma jagħmlux.
Il-Gvern irid itejjeb l-infrastruttura. Imma ma jirrealizzax li b’titjib fl-infrastruttura, filwaqt li tonqos xi ftit il-konġestjoni m’hu ser isolvi xejn fuq tul ta’ żmien. Għax ghall-ewwel il-konġestjoni tonqos imma wara ftit il-karozzi jiżdiedu u nerġgħu niġu fejn konna.
L-Opposizzjoni trid traħħas il-prezz tal-fuel, bil-konsegwenza ovvja li tinkoraġixxi iktar l-użu tal-karozzi bi fuel irħis. Miżura li ma tagħti l-ebda kontribut għat-tnaqqis tal-kongestjoni tat-traffiku. Anzi tagħmlu agħar mill-ewwel.
Issemma kollox fid-dibattitu, ħlief l-iktar punt importanti, u ċjoe l-ħtieġa li jonqsu b’mod permanenti l-karozzi mit-toroq. Għandna ħafna karozzi żejda fit-toroq. Żejda, għax it-toroq tagħna ma jifilħux daqshekk karozzi.
Ma nagħtux tort lin-nies li tuża l-karozzi privati. It-tort nagħtuh lil min ma ħallilhomx triq oħra għax ħalla t-trasport pubbliku jitkisser.
Trasport pubbliku effiċjenti hu ċ-ċavetta li tista’ ssolvi l-problema tal-konġestjoni tat-traffiku. Imma dan mhux ser iseħħ mil-lum għal għada. Hi triq iebsa riżultat tal-inkompetenzi tal-politiċi tal-bieraħ. Verità li Simon b’diżonesta politika jiċħad.
Inutli twahhal f’Dr Busuttil.
Dal-gvern qal li kellu soluzjoni u gideb. Ahjar flok ma tikteb artiklu bi kritika lejn l-oppozizzjoni, tinghaqdu maghha halli vera jkun hemm pressjoni fuq il-gvern.
Qabel ma tikteb, Salv, nissuġġerilek titgħallem taqra. Il-kritika lejn Simon Busuttil hi li mhux onest fil-kritika tiegħu. Il-problema ma ħoloqiex Simon Busuttil imma l-Gvern li għadu kif spiċċa sentejn u nofs ilu wara 25 sena li dwar it-traffiku ma ghamel ftit li xejn.
Din il-problema ma tinħoloqx f’sentejn u nofs. Imma l-anqas ma tissolva b’dak li qed jgħid il-Gvern.
Għidtli, “tingħaqdu magħna”. Intom min intom għax l-anqas ismek ma kellek il-kuraġġ turi!
Underground trains bejn ic-Cirkewwa u Marsaxlokk u li jserrpu that hafna bliet u rhula fi triqathom issolvi l-problema.
Mhux immedjatament, imma irridu nahsbu ghal quddiem minn issa.
Hemm bżonn ta’ strateġija fit-tul (li tinkludi miżuri bħall-eżempju tiegħek) kif ukoll strateġija għall-immedjat (short term).
Dawn jirrikjedu ukoll volontà politika.
SB jahseb li il-poplu cuc. Jinsulta l-inteligenza tan-nies meta jitkellem hekk. Jiddispjacini, imma mhux politiku ta stoffa u li kapaci jipperswadi b’argumenti tajba! Kull ma jaghmel qieghed ipaxxi imhuh partigjani u maghluqa!
Hemm zewg proposti f’l-immedjat. L-ewwel li min juza l-karozza s-Sibt u l-Hadd biss u matul il-gimgha juza tal-linja,jinghata ncentiv billi sew il-licenza tat-triq kif ukoll il-primium jitnizzlu ghal 30%. In-numru,ghalkemm jibqa l-istess, jinzebah fuq pjanca hadra. It-tieni,u din mandatorja, l-ebda karozza privata ma tista tinstaq go l-ebda triq li minnha tghaddi tal-linja bejn is-7 u t-8 ta’ fil-ghodu.Nahseb li b’hekk it-traffiku jixi ahjar,it-transport publiku jkun izjed efficjenti, u n-nies jithajjru juzawh aktar.
Ghaziz Henry,
Nahseb xrobt naqra iz-zejjed il-lejl li ghadda. Mela ejja niehdu l-ezempju tieghi, li noqghod ix-Xemxija. Biex nohrog mix-xemxija, lejn il-Belt, triq wahda hemm. Skont int allura, jekk irrid immur ghax-xoghol dak il-hin, xnaghmel….intir, naqbad daghjsa jew nimxiha?
U Sur Cacopardo, qabel ma nibda nixtieq nghidlek li ma nxaqleb lejn l-ebda partit u ghalhekk forsi u nghidlek forsi ghandek ragun meta ghidt “Ċertament li t-trasport pubbliku ma ikkollassax f’dawn is-sentejn u nofs” pero qatt f’hajti ma domt 20 – 30 mins biex insuq mix-Xexmija sa San Pawl, kif gieli qieghed indum issa.
U l-ahhar haga, il-partit jew moviment laburista jew kwalunkwe isem le jrid jissejah bih issa tela bl-ghajta li ghandu road map biex isolvi il-problema tat-traffiku. Irrevelvanti jekk kienx hemm problema qabel, huma telghu bl-ghajta li ha jsolvuwha, mela jekk ma solvewhiex ma zammewx il-wedha elletorali taghhom allura mhummiex kapaci.
Mela inti ghandek kumpanija li qed tfalli u impjegajtni ghax ghedtlek li nista nsolvilek il-problema. Jekk ma jirnexxiliex nsolviha ma nistax nghidlek tkecciniex ghax il-problema giet minn ta qabli. Il-problema kont naf li qeda hemm u wieghedtek li ha nsolvihilek. Jekk ma nkunx prusuntuz naqbad u nirrezenja wahdi.
Sewwa qieghed tghid. Il-problema ma holoqiex dan il-Gvern. Imma ftit iddedika attenzjoni ghaliha, kif kellu l-obbligu li jaghmel.