Iċ-ċaħda ma ssolvi xejn: kun trasparenti

 

il giornale 170915

 

Il-gazzetta Taljana Il-Giornale tal-Ħamis 17 ta’ Settembru qabdet ma kelmtejn li qal il-Ministru tal-Intern Malti Carmelo Abela u waslet għal konklużjoni li hemm ftehim sigriet bejn Malta u l-Italja li permezz tiegħu l-Italja iġġorr il-piz tal-immigranti f’dawn l-ibħra u min-naħa l-oħra Malta ser tagħlaq għajnejha għall-esplorazzjoni għaż-żejt mill-Italja f’żoni fejn dan hu ikkontestat.

Il-Gvern Malti ċaħad li hemm dan il-ftehim. Tajjeb li saret din iċ-ċaħda, għax ngħid il-verità jiena ukoll rajtha ftit imġebbda. Għax kieku dan kien minnu kien ikun ġustifikat li l-Gvern jiġi akkużat bi tradiment. Imma ma naħsibx li hu l-każ.

Minkejja dan, iżda, ċ-ċaħda ftit li xejn ser issolvi. Għax hu ovvju li xi tip ta’ ftehim hemm. Anke jekk hu ftehim li hu biss wieħed ibbażat fuq il-ħbiberija.

Kien ikun tajjeb kieku l-Gvern, apparti ċaħda, ippubblika d-dokumentazzjoni li għandu dwar l-arranġamenti li wasal għalihom mal-Gvern Taljan.

Għax ngħiduha kif inhi, kemm Joseph kif ukoll uħud mill-Ministri ta’ madwaru iħobbu jiżolqu biex jevitaw milli jagħtu l-informazzjoni. F’materja sensittiva bħal din, għaldaqstant iċ-ċaħda ftit li xejn ser issolvi.

Is-sejħa li nagħmel lil Gvern hi waħda: poġġi l-karti kollha fuq il-mejda, illum qabel għada. Kun trasparenti.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s