Fi Frar li għadda s-Sindku tal-Belt Valletta kien insista li l-kiosk tal-hamburgers ma kienx postu ħdejn l-istatwa ta’ La Valette. Għamel sewwa li nsista li jitneħħa. Anke l-Partit Nazzjonalista, dakinnhar kien tkellem kontra l-presenza ta’ dan il-kiosk f’parti daqshekk sensittiva tal-Belt kapitali.
Issa bil-villaġġ tal-festi tal-Indipendenza li qed jintrama’ mill-Partit Nazzjonalista fid-daħla tal-Belt, La Valette mhux biss hamburgers ser ikollu, imma ravjul, bigilla u bebbux ukoll.
Fejnu s-Sindku tal-Belt Valletta issa?