Il-kunvent li ser isir lukanda żgħira

Hisilicon K3

F’San Ġiljan, fit-Telgħa li mill-Balluta twassal sa Triq il-Kulleġġ l-Antik hemm kunvent żgħir tas-sorijiet flimkien ma skola żgħira (St Vincent School). M’għadux jintuża la bħala kunvent u l-anqas bħala skola, għax hemm applikazzjoni biex ikun hemm lukanda żgħira. Interessanti jekk il-Knisja innegozjatx l-art, inkella jekk ġietx f’idejn l-iżviluppatur mingħand terzi.

Din il-lukanda ser ikollha l-faċċata tagħha li tagħti għal fuq il-wied tal-Balluta u ser ikollha veduta mill-isbaħ tal-Bajja ta’ San Ġiljan.

Biex titwettaq din il-proposta li preżentment qegħda quddiem il-MEPA (PA 2937/15) hu propost li jsiru tibdiliet u żidiet mal-binja tal-kunvent eżistenti. Il-proposta tal-binja finali, dejjem skond il-pjanti li hemm bħalissa quddiem il-MEPA, mhux ser taqbeż l-għoli tal-kunvent eżistenti b’mod li tibqa’ taħt il-livell tal-bini eżistenti li jmiss mal-kunvent.

F’ċirkustanzi normali dan hu t-tip ta’ żvilupp li għandu jkun inkoraġġit. Li nagħmlu użu aħjar ta’ art li diġa hi disturbata. Hu bil-bosta aħjar milli tinbena art barra miż-żona tal-iżvilupp.

It-Times tal-lum tirrapporta li r-residenti, iżda, huma mħassba dwar dak li hu propost. Ma nagħtihomx tort, prinċipalment għax nifhem li din il-preokkupazzjoni hi riżultat ta’ nuqqas ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet b’mod li anke fejn proposta ta’ żvilupp hi waħda valida diffiċli toqgħod fuq dak li tkun qed tara b’għajnejk, għax bla ma trid tissuspetta li hemm xi ħaga oħra, moħbija, inkella li ma tkunx qed tinduna biha. Min jaf, qed jaħsbu uħud, jekk din il-proposta hiex waħda miftehma sakemm joħroġ il-permess għall-iżvilupp, imbagħad, wara li l-affarijiet ikun ikkwietaw tibda fażi oħra li twassal għal żieda fil-għoli!

Imbagħad ikun tard wisq.

Jiena naħseb li dawn huma affarijiet li jeħtieġ li jkunu ċari ħafna, għax s’issa m’humiex.

Għalhekk inkwetati ir-residenti.

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s