Il-bankina m’għadhiex tagħna lkoll : saret tagħhom biss

1.50 metres distance

Illum ġie ippubblikat għal konsultazzjoni pubblika dokument dwar il-kriterji li fuqhom jiġu ikkunsidrati permessi għal siġġijiet u mwejjed f’postijiet pubbliċi.

Ħlief għall-one-stop-shop, fis-sustanza ma hemm xejn ġdid fid-dokument għax diġà anke fil-preżent suppost li min għandu permess simili għandu ukoll l-obbligu li jħalli 1.50 metri passaġġ minn fejn jgħaddu n-nies.

Issa kieku jitħallew dan il-metru u nofs il-ħajja tkun iktar faċli għal kulħadd. Imma fil-fatt f’numru ta’ każi ma jitħallewx.

Mur fejn trid f’Malta u Għawdex u għandek issib numru mhux żgħir ta’ każi fejn jekk tipprova tgħaddi mill-ftit spazju li jħallu fuq il-bankina, jħarsulek bl-ikrah. Il-Belt, Tas-Sliema, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar issib eżempji kemm trid. Bil-kemm tgħaddi bil-mixi aħseb u ara jekk tkun b’xi siġġu tar-roti inkella b’xi tarbija (fl-idejn jew fil-pram).

Fid-dokument ta’ konsultazzjoni jingħad li jkunu ikkunsidrati applikazzjonijiet għall-permessi fil-pjazez u bankini bil-kundizzjoni tal-1.50 metri li għandhom jitħallew passaġġ. Imma meta tibda taqra tibda issib numru ta’ eċċezzjonijiet.

Per eżempju, fid-dokument jingħad li f’xi każijiet, jista’ jkun ikkunsrat li l-permess ma jkunx biss biex jitqegħdu imwejjed fuq il-bankina, imma jistgħu jkunu ikkunsidrati l-ispazji tal-parking ukoll!

Id-dokument fih ħafna logħob bil-kliem, bħall-ħafna dokumenti oħra konnessi mal-ippjanar għall-użu tal-art.

Id-dokument jgħid li d-drittijiet ta’ terzi [third party rights] għandhom ikunu imħarsa meta jinħargu dawn il-permessi. Din hi daħqa oħra għax nafu kemm fil-prattika jiġu mħarsa dawn id-drittijiet mill-awtoritajiet pubbliċi f’Malta.

L-eżerċizzju biex inħareġ dan id-dokument ta’ konsultazzjoni sar bil-koordinazzjoni ta’ Kumitat li kien fih parteċipazzjoni wiesa’ : kien hemm bosta minbarra dawk li huma l-iktar viċin in-nies: ma kien hemm ħadd mill-Kunsilli Lokali. Fil-fatt kien hemm rappreżentanti tal-Ministeru tal-Intern, tal-MEPA, ta’ Transport Malta, tad-Diviżjoni tal-Propjetà tal-Gvern u tal-Awtorità tat-Turiżmu, u l-Assoċjazzjoni tar-Restoranti u l-Lukandi (MHRA).

Il-Kunsilli Lokali u r-residenti ma kienux meqjusa ta’ importanza biex jipparteċipaw f’dan l-eżerċiżżju, bħal dak li qallu li l-bankini, t-toroq, il-parking spaces, u pjażez li ser jieħdu (jew ħadu diga) mhux ir-residenti jagħmlu użu minnhom s’issa. Issa s-siġġijiet u l-imwejjed ser jibdew jingħataw prijorità.

Il-permessi ser jibdew jinħarġu mill-MEPA. Ser jinħareġ bis-sistema ta’ one-stop-shop. Jiġifieri applikazzjoni waħda biss li ma tieħux ħafna żmien biex tkun deċiża. Din hi sistema li tiffavorixxi lin-negozji u dejjem taħdem kontra r-residenti. Għax biex permess joħrog malajr ifisser li ftit li xejn ikun hemm ċans li min ikun effettwat bih isir jaf (jew ikun infurmat).

Insomma nistgħu ngħidu li dan m’hu xejn ġdid. Il-bankina issa m’għadiex tagħna lkoll, ser tkun tagħhom biss.

3 comments on “Il-bankina m’għadhiex tagħna lkoll : saret tagħhom biss

  1. U ħmistax ilu, jiena meta kelli l-karozza tiegħi ipparkjata fid-drive-in ta’ quddiem il-garaxx tiegħi, bil-bumper joħroġ fuq il-bankina weħilt ċitazzjoni

  2. U anke l-MHRA kienu involuti fil-process…pero mhux ir-residenti jew ir-raprezentanti taghhom!!!!!!!!!!!!! U one stop shop sabiex jinhareg il-permess, pero sabiex tirrporta ksur ta ligi ha tibqa l-istess..minn ghand Kajfa ghal ghand Pilatu! Dahq fil-wicc

  3. Carmel – not sure if I agree 100% with you. As you may have gatered from my occasional scribbling to newspapers etc, my view is that the street is a social space and, on the whole I welcome anything that animates the street – as people socialising at a table over a coffee. People make such a fuss about walking among them & having to deviate a foot or two ths way or that to get past….. when this is basically not a problem.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s